6. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar, f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, id-deċiżjonijiet tal-Kumitati PECH u ECON li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapporti li ġejjin:
— Kumitat PECH: Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (COM(2020)0215 – C9-0157/2020 – 2020/0095(COD)). Rapporteur: Isabel Carvalhais (A9-0220/2020);
— Kumitat ECON: Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti parametri referenzjarji tal-kambju ta' pajjiżi terzi u l-iffissar ta' parametri referenzjarji ta' sostituzzjoni minflok ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu (COM(2020)0337 – C9-0209/2020 – 2020/0154(COD)). Rapporteur: Caroline Nagtegaal (A9-0227/2020);
— Kumitat ECON: Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0281 – C9-0206/2020 – 2020/0155(COD). Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0228/2020).
F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta 24 ta' Novembru 2020, li d-deċiżjonijiet għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.