8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 25 ta' Novembru 2020 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward ta' tnaqqis tal-kapaċità tas-sajd fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward tal-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd għall-flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u l-aringi tal-Baltiku tal-Punent (00041/2020/LEX - C9-0375/2020 - 2019/0246(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (00040/2020/LEX - C9-0374/2020 - 2019/0188(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (00049/2020/LEX - C9-0373/2020 - 2018/0089(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f'materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) (riformulazzjoni) (00047/2020/LEX - C9-0370/2020 - 2018/0204(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (riformulazzjoni) (00046/2020/LEX - C9-0369/2020 - 2018/0203(COD)).