Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 9k
It-Tnejn, 23 ta' Novembru 2020 - Brussell

14. Sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar:

—   Ħatra ta' Julia Laffranque fil-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Proposta għal deċiżjoni mressqa skont l-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura, minn Adrián Vázquez Lázara, f'isem il-Kumitat JURI, dwar il-ħatra ta' Julia Laffranque fil-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2020/2238(INS)) (B9-0368/2020);

—   Ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [N9-0055/2020 - C9-0331/2020 - 2020/0805(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0218/2020).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):

—   Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ***I
[COM(2020)0692 - C9-0345/2020 - 2020/0313(COD)] - Kumitat INTA;

—   Miżuri temporanji b'rabta mat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-vaċċini tal-COVID-19 u ma' apparat mediku dijanjostiku in vitro b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 *
[COM(2020)0688 - C9-0352/2020 - 2020/0311(CNS)] - .Kumitat ECON

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni unika dwar:

—   Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta' diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta' avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b'rabta ma' emerġenza tas-saħħa pubblika
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta' diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta' avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b'rabta ma' emerġenza tas-saħħa pubblika [COM(2020)0960 - C9-0318/2020- 2020/0299(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Olivier Chastel (A9-0221/2020);

—   Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020: assistenza lill-Kroazja, il-Polonja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward tad-diżastri naturali u jipprovdi għal pagament minn qabel lill-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja fir-rigward ta' emerġenza tas-saħħa pubblika [12522/2020 - C9-0341/2020- 2020/0297(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0223/2020);

—   L-indirizzar tar-rati ta' persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, dwar l-indirizzar tar-rati ta' persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea (2020/2802(RSP)) (B9-0363/2020);

—   Is-sistema Schengen u l-miżuri meħuda matul il-kriżi tal-COVID-19
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, dwar is-sistema Schengen u l-miżuri meħuda matul il-kriżi tal-COVID-19 (2020/2801(RSP)) (B9-0362/2020).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 19.45.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada t-Tlieta 24 ta' Novembru 2020 fit-08.30.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza