Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Novembru 2020, tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.06.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
Il-Minuti tas-seduti tad-dati 11 ta' Novembru 2020, 12 ta' Novembru 2020 u 13 ta' Novembru 2020 ġew approvati.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Irlandiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Colm Markey minflok Mairead McGuinness bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 20 ta' Novembru 2020.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tiegħu.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tiegħu jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Colm Markey jieħu postu fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikun għamel id-dikjarazzjoni li ma għandu ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-Gruppi S&D u Verts/ALE kif ukoll mis-segretarjat tal-Membri mhux affiljati d-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja: Viola Von Cramon-Taubadel minflok Terry Reintke
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
6. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar, f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, id-deċiżjonijiet tal-Kumitati PECH u ECON li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapporti li ġejjin:
— Kumitat PECH: Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (COM(2020)0215 – C9-0157/2020 – 2020/0095(COD)). Rapporteur: Isabel Carvalhais (A9-0220/2020);
— Kumitat ECON: Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti parametri referenzjarji tal-kambju ta' pajjiżi terzi u l-iffissar ta' parametri referenzjarji ta' sostituzzjoni minflok ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu (COM(2020)0337 – C9-0209/2020 – 2020/0154(COD)). Rapporteur: Caroline Nagtegaal (A9-0227/2020);
— Kumitat ECON: Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0281 – C9-0206/2020 – 2020/0155(COD). Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0228/2020).
F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta 24 ta' Novembru 2020, li d-deċiżjonijiet għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
7. Avviż mill-Presidenza
Il-President informa li, skont il-konsultazzjoni tagħhom bi qbil mal-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat AFET, il-Kumitat DEVE u l-Kumitat BUDG ressqu l-pożizzjonijiet komuni tagħhom dwar l-estensjoni tat-tliet fondi fiduċjarji tal-UE, jiġifieri:
— il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-Unjoni Ewropea b'reazzjoni għall-kriżi Sirjana (il-Fond Madad), li se jiskadi fl-14 ta' Diċembru 2020;
(Joint position of the Committee on Foreign Affairs and the Committee on Budgets as the competent committees consulted in line with Article 234 of the Financial Regulation (2018/1046) on the extension of the European Union Regional Trust Fund in Response of the Syrian Crisis (Madad Trust Fund) established by the Constitutive Agreement on 15 December 2014 between the European Union (represented by the Commission) and Italy and set to expire on 14 December 2020) (dan id-dokument huwa disponibbli biss bl-Ingliż);
— il-Fond Fiduċjarju tal-UE għar-Repubblika Ċentru-Afrikana (il-Fond Bêkou), li se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020;
(Joint position of the Committee on Development and the Committee on Budgets as the competent committees consulted in line with Article 234 of the Financial Regulation (2018/1046) on the extension of the Union Trust Fund for the Central African Republic (Bêkou Trust Fund), created by Commission decision C(2014)5019 of 11.7.2014 and set to expire on 31 December 2020) (dan id-dokument huwa disponibbli biss bl-Ingliż);
— il-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni Ewropea favur il-Kolombja, li se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020;
(Joint position of the Committee on Foreign Affairs, Committee on Development and the Committee on Budgets as the competent committees consulted in line with Article 234 of the Financial Regulation (2018/1046) on the extension of the European Union Trust Fund for Colombia established on 12 December 2016 and set to expire on 31 December 2020) (dan id-dokument huwa disponibbli biss bl-Ingliż).
Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni minn grupp politiku jew minn għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx fi żmien 24 siegħa wara li jiġu ddikjarati, dawn il-pożizzjonijiet komuni se jkunu uffiċjalment ippreżentati lill-Kummissjoni Ewropea.
8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 25 ta' Novembru 2020 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 fir-rigward ta' tnaqqis tal-kapaċità tas-sajd fil-Baħar Baltiku, u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward tal-waqfien permanenti tal-attivitajiet tas-sajd għall-flotot li jistadu għall-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant, il-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Punent u l-aringi tal-Baltiku tal-Punent (00041/2020/LEX - C9-0375/2020 - 2019/0246(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE dwar kooperazzjoni mtejba bejn is-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES) (00040/2020/LEX - C9-0374/2020 - 2019/0188(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (00049/2020/LEX - C9-0373/2020 - 2018/0089(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji f'materji ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) (riformulazzjoni) (00047/2020/LEX - C9-0370/2020 - 2018/0204(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (riformulazzjoni) (00046/2020/LEX - C9-0369/2020 - 2018/0203(COD)).
9. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Ottubru I 2020 hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
10. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsija li ġejja b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlet fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
— O-000070/2020 imressqa minn Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: Rieżami tal-UE dwar il-Politika Kummerċjali (B9-0024/2020).
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi programm finanzjarju speċifiku għad-dekummissjonar tal-faċilitajiet nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1368/2013 (12525/2020 - C9-0363/2020 - 2018/0252(NLE))
irriferut
responsabbli :
ITRE
- Abbozz ta' regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (12771/2020 - C9-0364/2020 - 2018/0133(NLE))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
ECON
- Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar estensjoni tal-Protokoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (11262/2020 - C9-0368/2020 - 2020/0275(NLE))
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
DEVE, BUDG
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (kodifikazzjoni) (COM(2020)0739 - C9-0371/2020 - 2020/0329(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
JURI
- Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta' Novembru 2020 (11260/2020 - C9-0372/2020 - 2020/0274(NLE))
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
DEVE, BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- Rapport dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 għall-politika barranija (2020/2111(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Hilde Vautmans (A9-0204/2020)
- Rapport dwar it-tisħiħ tal-libertà tal-media: il-protezzjoni tal-ġurnalisti fl-Ewropa, id-diskors ta' mibegħda, id-diżinformazzjoni u r-rwol tal-pjattaformi (2020/2009(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Magdalena Adamowicz (A9-0205/2020)
- Rapport dwar l-indirizzar tas-sigurtà tal-prodotti fis-suq uniku (2019/2190(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Marion Walsmann (A9-0207/2020)
- Rapport Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi (2020/2021(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: David Cormand (A9-0209/2020)
- Rapport dwar analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej (2020/2088(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Pascal Durand (A9-0211/2020)
- Rapport dwar it-titjib tal-effikaċja tal-iżvilupp u tal-effiċjenza tal-għajnuna (2019/2184(INI)) - Kumitat DEVE - Rapporteur: Tomas Tobé (A9-0212/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' aġġustamenti għall-qafas ta' titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0283 - C9-0208/2020 - 2020/0156(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Othmar Karas (A9-0213/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2402 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0282 - C9-0207/2020 - 2020/0151(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Paul Tang (A9-0215/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni (COM(2020)0375 - C9-0274/2020 - 2020/0176(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Christophe Hansen (A9-0216/2020)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni tad-dazji doganali fuq ċerti prodotti (COM(2020)0496 - C9-0284/2020 - 2020/0253(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Bernd Lange (A9-0217/2020)
- Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (N9-0055/2020 - C9-0331/2020 - 2020/0805(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0218/2020)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta' diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta' avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b'rabta ma' emerġenza tas-saħħa pubblika (COM(2020)0960 - C9-0318/2020 - 2020/0299(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Olivier Chastel (A9-0221/2020)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward tad-diżastri naturali u jipprovdi għal pagament minn qabel lill-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja fir-rigward ta' emerġenza tas-saħħa pubblika (12522/2020 - C9-0341/2020 - 2020/0297(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0223/2020)
- Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea - Rapport annwali għas-snin 2018-2019 (2019/2199(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Clare Daly (A9-0226/2020)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) (riformulazzjoni) (09890/2/2020 - C9-0356/2020 - 2018/0204(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Franco Roberti (A9-0222/2020)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (09573/1/2020 - C9-0355/2020 - 2018/0089(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Geoffroy Didier (A9-0224/2020)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni ta' xhieda) (riformulazzjoni) (09889/2/2020 - C9-0357/2020 - 2018/0203(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Emil Radev (A9-0225/2020)
12. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-sessjoni plenarja ta' Novembru II 2020 (PE 659.977/PDOJ) tqassam.
Il-President informa li rċieva talbiet għal punt ta' ordni bil-miktub u li se jsejjaħ lill-kelliema fl-ordni kronoloġika li fiha rċieva t-talbiet.
Interventi ta': Sven SimonuReinhard Bütikofer.
Il-modifiki li ġejjin ġew proposti għall-abbozz definittiv tal-aġenda (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):
Il-President informa li rċieva żewġ talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura ta' urġenza (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) biex jiġu adottati, matul din is-seduta, il-fajls li ġejjin:
— Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (punt 56 tal-PDOJ);
— Miżuri temporanji b'rabta mat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-vaċċini tal-COVID-19 u ma' apparat mediku dijanjostiku in vitro b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 (punt 57 tal-PDOJ).
Il-President informa wkoll li dawn it-talbiet se jittieħed vot dwarhom matul is-sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.
Barra minn hekk, il-President informa li ebda proposta ta' rifjut u ebda emenda ma tressqu skont l-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura rigward il-pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari hawn taħt:
— Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (punt 41 tal-PDOJ);
— In-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (punt 65 tal-PDOJ).
Wara konsultazzjoni mal-gruppi politiċi, il-President ippropona il-modifika li ġejja għall-abbozz definittiv tal-aġenda:
It-tieni sessjonijiet ta' votazzjoni tat-Tlieta u l-Erbgħa se jinfetħu mit-20.00 sad-21.15.
Il-President fl-aħħar informa li l-votazzjonijiet se jsiru f'sessjonijiet ta' votazzjoni differenti skont in-numru ta' emendi u n-numru ta' talbiet ta' votazzjonijiet maqsuma u votazzjonijiet separati. L-informazzjoni rigward id-distribuzzjoni tal-voti fid-diversi sessjonijiet ta' votazzjoni se tkun disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament taħt l-intestatura "Informazzjoni u dokumenti prijoritarji".
Il-Parlament qabel ma' dawn il-proposti.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
13. Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi (dibattitu)
Rapport Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi [2020/2021(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: David Cormand (A9-0209/2020)
Interventi ta': Martin Hojsík (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Arba Kokalari f'isem il-Grupp PPE, Biljana Borzan f'isem il-Grupp S&D, Sandro Gozi f'isem il-Grupp Renew, Virginie Joron f'isem il-Grupp ID, Anna Cavazzini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Kosma Złotowski f'isem il-Grupp ECR, Anne-Sophie Pelletier f'isem il-Grupp GUE/NGL, Dorien Rookmaker Membru mhux affiljata, Andreas Schwab, Christel Schaldemose, Dita Charanzová, Isabella Tovaglieri, Kim Van Sparrentak, Eugen Jurzyca, Tomislav Sokol, Evelyne Gebhardt, Svenja Hahn, Angelo Ciocca, Beata Mazurek, Edina Tóth u Alex Agius Saliba.
— Ħatra ta' Julia Laffranque fil-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Proposta għal deċiżjoni mressqa skont l-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura, minn Adrián Vázquez Lázara, f'isem il-Kumitat JURI, dwar il-ħatra ta' Julia Laffranque fil-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2020/2238(INS)) (B9-0368/2020);
— Ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [N9-0055/2020 - C9-0331/2020 - 2020/0805(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0218/2020).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):
— Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ***I [COM(2020)0692 - C9-0345/2020 - 2020/0313(COD)] - Kumitat INTA;
— Miżuri temporanji b'rabta mat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-vaċċini tal-COVID-19 u ma' apparat mediku dijanjostiku in vitro b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 * [COM(2020)0688 - C9-0352/2020 - 2020/0311(CNS)] - .Kumitat ECON
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni unika dwar:
— Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta' diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta' avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b'rabta ma' emerġenza tas-saħħa pubblika Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta' diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta' avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b'rabta ma' emerġenza tas-saħħa pubblika [COM(2020)0960 - C9-0318/2020- 2020/0299(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Olivier Chastel (A9-0221/2020);
— Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020: assistenza lill-Kroazja, il-Polonja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward tad-diżastri naturali u jipprovdi għal pagament minn qabel lill-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja fir-rigward ta' emerġenza tas-saħħa pubblika [12522/2020 - C9-0341/2020- 2020/0297(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0223/2020);
— L-indirizzar tar-rati ta' persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, dwar l-indirizzar tar-rati ta' persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea (2020/2802(RSP)) (B9-0363/2020);
— Is-sistema Schengen u l-miżuri meħuda matul il-kriżi tal-COVID-19 Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 227(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Dolors Montserrat, f'isem il-Kumitat PETI, dwar is-sistema Schengen u l-miżuri meħuda matul il-kriżi tal-COVID-19 (2020/2801(RSP)) (B9-0362/2020).
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 19.45.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada t-Tlieta 24 ta' Novembru 2020 fit-08.30.
15. Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi (tkomplija tad-dibattitu)
Rapport Lejn suq uniku aktar sostenibbli għall-impriżi u l-konsumaturi [2020/2021(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: David Cormand (A9-0209/2020)
Interventi ta': Vlad-Marius Botoş, Robert Roos, Maria da Graça Carvalho, Adriana Maldonado López, Izaskun Bilbao Barandica, Ivan Štefanec, Benoît Lutgen, Sven Simon u Sunčana Glavak.
16. Lejn Aġenda Ġdida tal-Konsumatur wara l-2020 (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Lejn Aġenda Ġdida tal-Konsumatur wara l-2020 (2020/2874(RSP))
Didier Reynders (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, u Christel Schaldemose f'isem il-Grupp S&D.
PRESIDENZA: Ewa KOPACZ Viċi President
Interventi ta': Dita Charanzová f'isem il-Grupp Renew, Jean-Lin Lacapelle f'isem il-Grupp ID, Anna Cavazzini f'isem il-Grupp Verts/ALE, Beata Mazurek f'isem il-Grupp ECR, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ivan Štefanec, Maria-Manuel Leitão-Marques, Vlad-Marius Botoş, David Cormand, Sandra Pereira, Kris Peeters, Maria Grapini, Rasmus Andresen, Tomislav Sokol, Marc Angel, Claude Gruffat, Antonius Manders, Salvatore De Meo u Edina Tóth.
Intervent ta': Didier Reynders.
Id-dibattitu ngħalaq.
17. Swieq fi strumenti finanzjarji: emenda tar-rekwiżiti ta' informazzjoni, tar-rekwiżiti tal-governanza tal-prodotti u tal-limiti ta' pożizzjoni għall-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni, tar-rekwiżiti tal-governanza tal-prodotti u tal-limiti ta' pożizzjoni għall-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 [COM(2020)0280 - C9-0210/2020 - 2020/0152(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A9-0208/2020)
Interventi ta': Othmar Karas f'isem il-Grupp PPE, Eero Heinäluoma f'isem il-Grupp S&D, Billy Kelleher f'isem il-Grupp Renew, Joachim Kuhs f'isem il-Grupp ID, Ernest Urtasun f'isem il-Grupp Verts/ALE, u José Gusmão f'isem il-Grupp GUE/NGL.
PRESIDENZA: Heidi HAUTALA Viċi President
Interventi ta': Mislav Kolakušić Membru mhux affiljat, Jonás Fernández, Sven Giegold, Pedro Marques, Aurore Lalucq u Alfred Sant.
Rapport dwar l-indirizzar tas-sigurtà tal-prodotti fis-suq uniku [2019/2190(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Marion Walsmann (A9-0207/2020)
20. Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa [2020/2076(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Carlo Calenda (A9-0197/2020)
22. Titjib tal-effikaċja tal-iżvilupp u tal-effiċjenza tal-għajnuna (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar it-titjib tal-effikaċja tal-iżvilupp u tal-effiċjenza tal-għajnuna [2019/2184(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Tomas Tobé (A9-0212/2020)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.
B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.
24. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.
Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
25. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 659.977/OJMA).
Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.