Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2020/0805(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

A9-0218/2020

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2020 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2020)0311

Minuti
XML 15k
It-Tlieta, 24 ta' Novembru 2020 - Brussell

2. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni

Il-President qrat ir-riżultati tal-votazzjonijiet:

Ħatra ta' Julia Laffranque fil-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Proposta għal deċiżjoni B9-0368/2020 [2020/2238(INS)]

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI: ĦATRA TA' JULIA LAFFRANQUE

Adozzjoni (P9_TA(2020)0310)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tat-23, l-24, il-25 u s-26 ta' Novembru 2020, punt 3)
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti tad-data 24.11.2020)

Ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew [N9-0055/2020 - C9-0331/2020 - 2020/0805(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0218/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Votazzjoni b'mod sigriet (Artikolu 191(1) tar-Regoli ta' Proċedura))

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI: ĦATRA TA' FRANK ELDERSON

Adozzjoni (P9_TA(2020)0311)

(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tat-23, l-24, il-25 u s-26 ta' Novembru 2020, punt 4)
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 2 tal-Minuti tad-data 24.11.2020)

Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ***I
[COM(2020)0692 - C9-0345/2020 - 2020/0313(COD)] - Kumitat INTA

TALBA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PROĊEDURA URĠENTI

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (679 vot favur, 9 kontra, 4 astensjonijiet), ġiet deċiża l-proċedura urġenti.

Miżuri temporanji b'rabta mat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-vaċċini tal-COVID-19 u ma' apparat mediku dijanjostiku in vitro b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 *
[COM(2020)0688 - C9-0352/2020 - 2020/0311(CNS)] - Kumitat ECON

TALBA GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-PROĊEDURA URĠENTI

Permezz ta' votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet (684 vot favur, 2 kontra, 6 astensjonijiet), ġiet deċiża l-proċedura urġenti.

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta' diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta' avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b'rabta ma' emerġenza tas-saħħa pubblika
Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward ta' diżastru naturali u biex jipprovdi għall-pagament ta' avvanzi lill-Kroazja, lill-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Portugall u lil Spanja b'rabta ma' emerġenza tas-saħħa pubblika [COM(2020)0960 - C9-0318/2020- 2020/0299(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Olivier Chastel (A9-0221/2020)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 3/5 tal-voti mitfugħa meħtieġa għall-approvazzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2020)0312)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tat-23, l-24, il-25 u s-26 ta' Novembru 2020, punt 5)

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020: assistenza lill-Kroazja, il-Polonja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja
Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 9/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward tad-diżastri naturali u jipprovdi għal pagament minn qabel lill-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja fir-rigward ta' emerġenza tas-saħħa pubblika [12522/2020 - C9-0341/2020- 2020/0297(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Monika Hohlmeier (A9-0223/2020)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2020)0313)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tat-23, l-24, il-25 u s-26 ta' Novembru 2020, punt 6)

L-indirizzar tar-rati ta' persuni mingħajr dar fl-Unjoni Ewropea
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0363/2020

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2020)0314)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tat-23, l-24, il-25 u s-26 ta' Novembru 2020, punt 7)

Is-sistema Schengen u l-miżuri meħuda matul il-kriżi tal-COVID-19
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0362/2020

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2020)0315)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tat-23, l-24, il-25 u s-26 ta' Novembru 2020, punt 8)

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 08.32.)

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza