— Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: Iċ-ċomb fil-pritkuni sparati fl-artijiet mistagħdra jew fl-inħawi tagħhom Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 112(2) u (3) u l-Artikolu 112(4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura minn Andrey Slabakov f'isem il-Grupp ECR, dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward iċ-ċomb fil-pritkuni sparati fl-artijiet mistagħdra jew fl-inħawi tagħhom (D064660/06 - 2020/2771(RPS)) (B9-0364/2020).
— L-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni [COM(2020)0375 - C9-0274/2020- 2020/0176(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Christophe Hansen (A9-0216/2020);
— Analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej Rapport dwar analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej [2020/2088(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Pascal Durand (A9-0211/2020).
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa 21.15.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada l-Erbgħa 25 ta' Novembru 2020 fid-08.45.