3. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
Il-President ħabbaret li ma rċevietx talba minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjonijiet l-oħra biex jibdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tad-data t-Tnejn 23 ta' Novembru 2020 (punt 6 tal-Minuti tad-data 23.11.2020).
Il-Kumitati PECH u ECON għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura.