Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:
— L-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta' kwoti oħra tal-importazzjoni [COM(2020)0375 - C9-0274/2020- 2020/0176(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Christophe Hansen (A9-0216/2020);
— Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: Iċ-ċomb fil-pritkuni sparati fl-artijiet mistagħdra jew fl-inħawi tagħhom Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa minn Marco Dreosto, Silvia Sardone, Simona Baldassarre, Catherine Griset, Laura Huhtasaari, Danilo Oscar Lancini, Sylvia Limmer, Joëlle Mélin, Luisa Regimenti, Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Roman Haider, Herve Juvin, Jean-Lin Lacapelle, Gilles Lebreton, Thierry Mariani, Georg Mayer, Jérôme Rivière, André Rougé, Harald Vilimsky u Marco Zanni, f'isem il-Grupp ID, skont l-Artikolu 112(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward iċ-ċomb fil-pritkuni sparati fl-artijiet mistagħdra jew fl-inħawi tagħhom (D064660/06 - 2020/2771(RPS)) (B9-0365/2020);
— Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: Sustanzi attivi, inkluż il-chlorotoluron Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1511 tas-16 ta' Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi amidosulfuron, bifenox, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltametrina, dikamba, difenokonażol, diflufenican, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoksakarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, żjut tal-paraffina, picloram, prosulfocarb, kubrit, triflusulfuron u tritosulfuron (2020/2853(RSP)) (B9-0367/2020) - Membri responsabbli: Anja Hazekamp, Maria Arena, Roberta Metsola u Eleonora Evi;
— Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112: Il-Carbendazim għall-użu f'ċerti prodotti bijoċidali Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 112(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li japprova l-carbendazim bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta' prodotti 7 u 10 (D069099/01 - 2020/2852(RSP)) (B9-0366/2020) - Membri responsabbli: Maria Arena, Michèle Rivasi, Anja Hazekamp u Eleonora Evi;
— Analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej Rapport dwar analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej [2020/2088(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Pascal Durand (A9-0211/2020).
— L-eskalazzjoni tat-tensjonijiet f'Varosha wara l-azzjonijiet illegali mit-Turkija u l-ħtieġa urġenti li jissuktaw it-taħditiet Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta mressqa, skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, li tissostitwixxi mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B9-0355/2020, B9-0357/2020, B9-0358/2020, B9-0359/2020, B9-0360/2020 u B9-0361/2020, minn Michael Gahler, Kris Peeters, Željana Zovko, Vangelis Meimarakis, Lefteris Christoforou, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Isabel Wiseler-Lima, Loucas Fourlas, Antonio López-Istúriz White, Paulo Rangel, Miriam Lexmann, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Milan Zver u Adam Jarubas, f'isem il-Grupp PPE, Kati Piri, Tonino Picula, Nacho Sánchez Amor, f'isem il-Grupp S&D, Katalin Cseh, Chrysoula Zacharopoulou, Olivier Chastel, Nathalie Loiseau, Nicolae Ştefănuță u Hilde Vautmans, f'isem il-Grupp Renew, Sergey Lagodinsky, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Assita Kanko, Eugen Jurzyca, Alexandr Vondra u Valdemar Tomaševski, f'isem il-Grupp ECR, Giorgos Georgiou, f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Fabio Massimo Castaldo, dwar l-eskalazzjoni tat-tensjonijiet f'Varosha wara l-azzjonijiet illegali mit-Turkija u l-ħtieġa urġenti li jissuktaw it-taħditiet (2020/2844(RSP)) (RC-B9-0355/2020).
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sad-21.15.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada il-Ħamis 26 ta' Novembru 2020 fi 08.30.