Il-President informa li wara konsultazzjoni skont l-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat DEVE u l-Kumitat BUDG ressqu l-pożizzjoni komuni tagħhom dwar l-estensjoni ta' fond fiduċjarju, jiġifieri:
— il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika, bi skadenza fil-31 ta' Diċembru 2020.
(Joint position of the Committee on Development and the Committee on Budgets as the competent committees consulted in line with Article 234 of the Financial Regulation (2018/1046) on the extension of the EU Emergency Trust Fund for Africa established on 12 November 2015 and set to expire on 31 December 2020 (Dan id-dokument disponibbli bl-Ingliż biss).
Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa minn meta titħabbar, din il-pożizzjoni komuni tiġi trażmessa b'mod uffiċjali lill-Kummissjoni Ewropea.