Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 63(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjoni li ġejja, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottaha, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 - Adottata mill-Kunsill fis-17 ta' Novembru 2020 (09644/1/2020 - C9-0376/2020 - 2016/0365(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 27 ta' Novembru 2020.