Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 4k
Il-Ħamis, 26 ta' Novembru 2020 - Brussell

21. Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja

Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 46 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 22 ta' Ottubru 2020)

Kumitat AFCO

- Modifika tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali skont l-Artikolu 223(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2020/2220(INL))

Deċiżjoni biex jitħejjew rapporti fuq inizjattiva proprja (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 18 ta' Novembru 2020)

Kumitat CONT

- Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE - il-ġlieda kontra l-frodi - rapport annwali 2019 (2020/2246(INI))

- Kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2019 (2020/2245(INI))
(opinjoni: DEVE)

Kumitat EMPL

- Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2021 (2020/2244(INI))
(opinjoni: BUDG (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), CULT)

Kumitat CULT

- Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni: approċċ olistiku kondiviż għall-edukazzjoni, il-ħiliet u l-kompetenzi (2020/2243(INI))

Kumitat ITRE

- Strateġija Ewropea għall-Idroġenu (2020/2242(INI))
(opinjoni: ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))

- Strateġija Ewropea għall-Integrazzjoni tas-Sistemi tal-Enerġija (2020/2241(INI))
(opinjoni: ENVI, TRAN (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura))

(B'segwitu għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tad-data 22 ta' Ottubru 2020)

Kumitat ECON

- Politika tal-kompetizzjoni - rapport annwali 2020 (2020/2223(INI))
(opinjoni: IMCO)

Kumitat CONT

- Evalwazzjoni tal-miżuri ta' prevenzjoni biex jiġu evitati l-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f'każ ta' fondi ta' emerġenza u oqsma ta' nfiq relatati mal-kriżi (2020/2222(INI))
(opinjoni: LIBE)

- L-impatt tal-kriminalità organizzata fuq ir-riżorsi proprji tal-UE u fuq l-użu ħażin tal-fondi tal-UE b'enfasi partikolari fuq il-ġestjoni kondiviża (2020/2221(INI))
(opinjoni: EMPL, AGRI, LIBE)

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza