Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 4k
It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020 - Brussell

10. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet tal-Kumitat LIBE li jinbdew negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 17 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapporti li ġejjin:

- Kumitat LIBE: Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordnijiet ta' Produzzjoni u ta' Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali (COM(2018)0225 – C8-0155/2018 - 2018/0108(COD)). Rapporteur: Birgit Sippel (A9-0256/2020);

- Kumitat LIBE: Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 u r-Regolament (UE) 2019/816 (COM(2019)0003 - C8-0025/2019 - 2019/0001(COD)). Rapporteur: Jeroen Lenaers (A9-0254/2020);

- Kumitat LIBE: Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-aċċess ta' sistemi ta' informazzjoni tal-UE oħrajn għall-finijiet tal-ETIAS u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1240, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (UE) 2017/2226 u r-Regolament (UE) 2018/1861 (COM(2019)0004 - C8-0024/2019 - 2019/0002(COD)). Rapporteur: Jeroen Lenaers (A9-0255/2020);

- Kumitat LIBE: Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali (COM(2018)0226 - C8-0154/2018 - 2018/0107(COD)). Rapporteur: Birgit Sippel (A9-0257/2020);

- Kumitat LIBE: Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali online (COM(2020)0568 – C9-0288/2020 - 2020/0259(COD)). Rapporteur: Birgit Sippel (A9-0258/2020).

F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta 15 ta' Diċembru 2020, li d-deċiżjonijiet għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqhom.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjonijiet meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza