Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020 - Brussell

11. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitati ENVI u JURI/LIBE ddeċidew li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari li ġejjin:

Kumitat ENVI

- Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 (COM(2018)0385 - C8-0249/2018 - 2018/0209(COD)) - pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0405;

Kumitati JURI/LIBE

- Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja (COM(2018)0384 - C8-0235/2018 - 2018/0208(COD)) - pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0406.

Il-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari jikkostitwixxu l-mandat tan-negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza