Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 5k
It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020 - Brussell

12. Atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 111(6) u Artikolu 112(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura)

Skont l-Artikolu 111(6) u l-Artikolu 112(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati ħabbar lill-President tal-Parlament li ma tressqet l-ebda oġġezzjoni fir-rigward ta':

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ENVI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/2124 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fil-post ta' kontroll fuq il-fruntiera minn fejn l-oġġetti jitilqu mill-Unjoni u ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu u t-trażbord (C(2020)07418 ; 2020/2855(DEA)) (B9-0420/2020);

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ENVI li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilati (li jkopri sustanzi definiti sew u sustanzi ta' kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti kumplessi ta' reazzjoni jew materjali bijoloġiċi, polimeri u omologi) (D070073/02 ; 2020/2898(RPS)) (B9-0408/2020);

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ENVI biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2020 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq (C(2020)08765 ; 2020/2907(DEA)) (B9-0423/2020);

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39 u l-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 4, 7, 9 u 16 (D069602/01 ; 2020/2851(RPS)) (B9-0406/2020).

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat IMCO li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tal-limiti ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u dikjarazzjonijiet ta' qabel it-tluq f'każ ta' trasport bil-baħar mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, iċ-Channel Islands u Isle of Man u lejhom (C(2020)08072 ; 2020/2890(DEA)) (B9-0417/2020);

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat JURI li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-6 ta' Novembru 2020 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/815 fir-rigward tal-aġġornament tal-2020 tat-tassonomija stipulata fl-istandards tekniċi regolatorji għall-format elettroniku uniku għar-rappurtar (C(2020)7523 ; 2020/2865(DEA)) (B9-0418/2020).

Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara din it-tħabbira, dawn ir-rakkomandazzjonjijiet se jitqiesu bħala approvati. Fil-każ kuntrarju, huma se jitressqu għall-votazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza