13. Rettifiki (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitati responsabbli ressqu dawn ir-rettifiki ta' testi approvati mill-Parlament Ewropew:
- Rettifika P8_TA(2018)0180(COR02) għar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' April 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-regolament ikkwotat hawn fuq P8_TA(2018)0180) - (COM(2014)0180 - C7-0109/2014 – 2014/0100(COD)) - Kumitat AGRI;
- Rettifika P8_TA(2018)0338(COR01)għar-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta' flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 6) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Settembru 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni għar-Regolament P8_TA(2018)0338) - (COM(2016)0825 – C8-0001/2017 – 2016/0413(COD)) - Kumitati ECON/LIBE.
Bi qbil mal-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn ir-rettifiki jitqiesu approvati ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew numru ta' Membri li jilħqu tal-inqas il-limitu baxx biex titressaq għall-votazzjoni.