Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
It-Tnejn, 14 ta' Diċembru 2020 - Brussell

15. Iffirmar ta' testi tal-baġit

Il-President għarraf li wara l-adozzjoni min-naħa tal-Parlament, se jipproċedi, skont l-Artikolu 96 tar-Regoli ta' Proċedura, għall-iffirmar tat-testi relatati mal-baġit definittivament adottat:

- Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021;

- Baġit emendatorju Nru 10/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 - Żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament u aġġustamenti oħra tan-nefqa u d-dħul (2020/0298(BUD)).

Il-President għarraf ukoll li, flimkien mal-Presidenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, se jipproċedi għall-iffirmar tas-segwenti:

- Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji l-ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (2018/2070(ACI)).

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Awwissu 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza