Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
- O-000060/2020 imressqa minn Bernd Lange, f'isem il-Kumitat INTA, lill-Kummissjoni: L-effetti ekstraterritorjali relatati mal-kummerċ tas-sanzjonijiet imposti minn pajjiżi terzi (B9-0026/2020);
- O-000068/2020 mressqa minn Liucia Ďuriš Nicholsonová, Maria Walsh, Marianne Vind, Ilana Cicurel, Elena Lizzi, Kim Van Sparrentak u Anna Zalewska, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kunsill: Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (B9-0027/2020);
- O-000069/2020 imressqa minn Lucia Ďuriš Nicholsonová, Maria Walsh, Marianne Vind, Ilana Cicurel, Elena Lizzi, Kim Van Sparrentak u Anna Zalewska, f'isem il-Kumitat EMPL, lill-Kummissjoni: Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (B9-0028/2020);
- O-000075/2020 imressqa minn Lídia Pereira, Marek Paweł Balt, Fredrick Federley, Simona Baldassarre, Pär Holmgren, Alexandr Vondra u Petros Kokkalis, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (B9-0029/2020);
- O-000076/2020 imressqa minn Norbert Lins, f'isem il-Kumitat AGRI, lill-Kummissjoni: Tmiem id-deroga għall-biċċeriji stabbilita fir-Regolament (UE) 2017/185 (B9-0030/2020);
- O-000077/2020 imressqa minn Christophe Hansen, Sara Cerdas, Nicolae Ştefănuță, Marco Dreosto, Martin Häusling, Joanna Kopcińska, Malin Björk u Eleonora Evi, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kunsill: Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma (B9-0501/2020);
- O-000078/2020 imressqa minn Christophe Hansen, Sara Cerdas, Nicolae Ştefănuță, Marco Dreosto, Martin Häusling, Joanna Kopcińska, Malin Björk u Eleonora Evi, f'isem il-Kumitat ENVI, lill-Kummissjoni: Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma (B9-0502/2020).