Ħatra proposta ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Marek Opioła bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri [12496/2020 - C9-0350/2020 - 2020/0806(NLE)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Matteo Adinolfi (A9-0249/2020).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talba għal proċedura urġenti li ġejja (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):
Ċerti aspetti ta' sikurezza ferrovjarja u ta' konnettività ferrovjarja fir-rigward taċ-Channel Fixed Link ***I [COM(2020)0782 - C9-0379/2020 - 2020/0347(COD)] - Kumitat TRAN
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni unika dwar:
Miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/2007 [COM(2020)0308 - C9-0203/2020 - 2020/0139(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Ferreira (A9-0231/2020);
Konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar is-sikurezza fl-avjazzjoni ċivili [09292/2020 - C9-0205/2020 - 2019/0275(NLE)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Cláudia Monteiro de Aguiar (A9-0239/2020);
Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd KE/Mauritania: estensjoni tal-Protokoll *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania dwar l-estensjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania, li se jiskadi fil-15 ta' Novembru 2020 [11260/2020 - C9-0372/2020 - 2020/0274(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Annie Schreijer-Pierik (A9-0244/2020);
Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli UE/Gżejjer Cook: estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni *** Rakkomandazzjoni dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook rigward estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook [11262/2020 - C9-0368/2020 - 2020/0275(NLE)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: François-Xavier Bellamy (A9-0243/2020).
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-19.45.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada t-Tlieta 15 ta' Diċembru 2020 fid-08.45.