8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
Il-President ħabbret li ma rċevietx talba minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjonijiet biex jibdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti ta' nhar it-Tnejn 14 ta' Diċembru 2020 (punt 10 tal-Minuti tad-data 14.12.2020).
Il-Kumitat LIBE għalhekk seta' jibda n-negozjati wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura.