Dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-FAEŻR u mill-FAEG fis-snin 2021 u 2022 ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) fis-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2021 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2021 [COM(2019)0581 - C9-0162/2019 - 2019/0254(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Elsi Katainen (A9-0101/2020)
Adozzjoni (P9_TA(2020)0354) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt11)
L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.
Riżorsi addizzjonali fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19: REACT-EU ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' riżorsi addizzjonali eċċezzjonali u arranġamenti implimentattivi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta' miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u t-tħejjija ta' rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) [COM(2020)0451 - C9-0149/2020 - 2020/0101(COD)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteurs: Andrey Novakov u Constanze Krehl (A9-0150/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
FTEHIM PROVIŻORJU
Adozzjoni (P9_TA(2020)0355) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt12)
L-ewwel qari tal-Parlament huwa b'hekk konkluż.
Implimentazzjoni tar-Regolament Dublin III Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Dublin III [2019/2206(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Fabienne Keller (A9-0245/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0361) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 18)
Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn [2019/2208(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tineke Strik (A9-0238/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0362) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 19)
3. Ċelebrazzjoni tal-250 anniversarju tat-twelid ta' Ludwig van Beethoven
Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-250 anniversarju tat-twelid ta' Ludwig van Beethoven.
Il-Parlament, bilwieqfa, sema' l-Għanja għall-Ferħ ta' Beethoven, interpretata mill-Ensemble Oxalys ta' Brussell.
4. Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2020 - Il-QFP, il-Kundizzjonalità marbuta mar-rispett tal-Istat tad-dritt u r-Riżorsi Proprji - Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 *** - Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji l-ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda - Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri ***II (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni: Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2020 (2020/2862(RSP))
Il-QFP, il-Kundizzjonalità marbuta mar-rispett tal-Istat tad-dritt u r-Riżorsi Proprji (2020/2923(RSP))
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 [09970/2020 - C9-0409/2020 - 2018/0166(APP)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Jan Olbrycht u Margarida Marques (A9-0260/2020)
Rapport dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda [COM(2018)0323 - C8-0189/2018 - 2018/2070(ACI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Esteban González Pons (A9-0261/2020)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni [09980/1/2020 - C9-0407/2020 - 2018/0136(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial u Petri Sarvamaa (A9-0262/2020)
Charles Michel (President fil-kariga tal-Kunsill), Ursula von der Leyen (President tal-Kummissjoni) u Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Dacian Cioloş f'isem il-Grupp Renew, Marco Zanni f'isem il-Grupp ID, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Johan Van Overtveldt f'isem il-Grupp ECR, Manon Aubry f'isem il-Grupp GUE/NGL, u Sabrina Pignedoli Membru mhux affiljata.
Jan Olbrycht ippreżenta r-rakkomandazzjoni A9-0260/2020.
PRESIDENZA: Roberta METSOLA Viċi President
Margarida Marques ippreżenta r-rakkomandazzjoni A9-0260/2020, Esteban González Pons ippreżenta r-rapport A9-0261/2020 u Eider Gardiazabal Rubial u Petri Sarvamaa ppreżentaw ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari A9-0262/2020.
Interventi ta': Terry Reintke (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), José Manuel Fernandes, Elisabetta Gualmini, Valérie Hayer, Jörg Meuthen, Rasmus Andresen, Bogdan Rzońca, Dimitrios Papadimoulis, Márton Gyöngyösi, Daniel Caspary, Eric Andrieu, Moritz Körner, Jaak Madison, David Cormand, Derk Jan Eppink, Silvia Modig, Clara Ponsatí Obiols, Andrzej Halicki, Simona Bonafè, Katalin Cseh, Gilles Lebreton, Bas Eickhout, Peter Lundgren, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Dolors Montserrat, Kati Piri, Luis Garicano, Tom Vandendriessche, Daniel Freund, Hermann Tertsch, François-Xavier Bellamy, Heléne Fritzon, Guy Verhofstadt, Antonio Maria Rinaldi, Tineke Strik, Carlo Fidanza, Othmar Karas, Pedro Marques, Malik Azmani, Jadwiga Wiśniewska, Antonio Tajani, Eero Heinäluoma, Sophia in 't Veld, Monika Hohlmeier, Jens Geier, Sandro Gozi, Paulo Rangel, Kathleen Van Brempt, Seán Kelly, Robert Biedroń u Ivan Štefanec.
Interventi ta': Ursula von der Leyen u Charles Michel.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Manfred Weber, Esteban González Pons, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, José Manuel Fernandes u Petri Sarvamaa, f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez, Eider Gardiazabal Rubial u Margarida Marques, f'isem il-Grupp S&D, Dacian Cioloş, Katalin Cseh, Luis Garicano, Valérie Hayer u Moritz Körner, f'isem il-Grupp Renew, Ska Keller, Philippe Lamberts, Terry Reintke, Ernest Urtasun, Rasmus Andresen, David Cormand, Alexandra Geese, Daniel Freund u Damian Boeselager, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-Ftehim Interistituzzjonali, l-Istrument tal-UE għall-Irkupru u r-Regolament dwar l-Istat tad-Dritt (2020/2923(RSP)) (B9-0428/2020);
- Ryszard Antoni Legutko, Bogdan Rzońca, Roberts Zīle, Ryszard Czarnecki, Zbigniew Kuźmiuk, Elżbieta Rafalska, Zdzisław Krasnodębski, Beata Mazurek, Witold Jan Waszczykowski, Anna Fotyga, Jadwiga Wiśniewska, Kosma Złotowski, Izabela Helena Kloc, Elżbieta Kruk, Andżelika Anna Możdżanowska, Valdemar Tomaševski, Krzysztof Jurgiel, Cristian Terheş u Tomasz Piotr Poręba, f'isem il-Grupp ECR, dwar il-QFP, il-Kundizzjonalità marbuta mar-rispett tal-Istat tad-dritt u r-Riżorsi Proprji (2020/2923(RSP)) (B9-0429/2020).
Id-dibattitu ngħalaq.
Il-President infurmat li l-ebda proposta ta' ċaħda u l-ebda emenda ma tressqu skont l-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (09980/1/2020 – C9-0407/2020 - 2018/0136(COD)).
L-att b'hekk ġie adottat (P9_TA(2020)0356). (Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 13)
Min-12.11 sas-12.40, il-Parlament iltaqa' f'seduta solenni fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju Sakharov lill-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, rappreżentata minn Sviatlana Tsikhanouskaya u Veronika Tsepkalo.
Qabel l-għoti tal-Premju, il-President xtaq jagħti merħba wkoll lir-rappreżentanti tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, preżenti wkoll fl-emiċiklu, jiġifieri Siarhei Dyleuski, Ales Bialiatski u Stsiapan Putsila, kif ukoll Svetlana Alexievich, li pparteċipat f'seduta solenni mill-bogħod u l-finalisti ta' din is-sena.
Il-President esprima d-dispjaċir tiegħu li r-rappreżentanti kollha tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja ma setgħux ikunu preżenti, b'mod partikolari l-priġunier politiku Sergei Tikhanovsky, kif ukoll Mikola Statkevich u Maria Kalesnikava, b'dawn it-tnejn tal-aħħar ikunu rappreżentati mill-membri tal-familja tagħhom, Maria Adamovic u Tatiana Khomich.
Fl-aħħar nett, iġedded l-appell tiegħu għall-ħelsien tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov Ilham Tothi, Raif Badawi u Nasrin Sotoudeh, li għadhom il-ħabs sal-ġurnata tal-lum.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.40.)
PRESIDENZA: Katarina BARLEY Viċi President
7. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 12.45.
8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
Il-President ħabbret li ma rċevietx talba minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjonijiet biex jibdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti ta' nhar it-Tnejn 14 ta' Diċembru 2020 (punt 10 tal-Minuti tad-data 14.12.2020).
Il-Kumitat LIBE għalhekk seta' jibda n-negozjati wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
9. Tressiq ta' dokumenti
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 3/2020 - Il-Kumitat tar-Reġjuni (N9-0072/2020 - C9-0382/2020 - 2020/2248(GBD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 5-INF/2020 - Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja (N9-0074/2020 - C9-0385/2020 - 2020/2250(GBD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet Nru 3/2020 - Is-SEAE (N9-0075/2020 - C9-0386/2020 - 2020/2251(GBD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 1/2020 - SEAE (N9-0076/2020 - C9-0387/2020 - 2020/2252(GBD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet DEC 2/2020 - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (N9-0077/2020 - C9-0391/2020 - 2020/2253(GBD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG
- Proposta għal trasferiment ta' approprjazzjonijiet 1-DEC2020 - Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja (N9-0078/2020 - C9-0405/2020 - 2020/2270(GBD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 (09970/2020 - C9-0409/2020 - 2018/0166(APP)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Jan Olbrycht, Margarida Marques (A9-0260/2020)
- Rapport dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda (COM(2018)0323 - C8-0189/2018 - 2018/2070(ACI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Esteban González Pons (A9-0261/2020)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (09980/1/2020 - C9-0407/2020 - 2018/0136(COD)) - Kumitat BUDG - Kumitat CONT - Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial - Rapporteur: Petri Sarvamaa (A9-0262/2020)
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, fir-rigward tal-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-effettività tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (10008/1/2020 - C9-0393/2020 - 2018/0170(COD)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Marian-Jean Marinescu (A9-0263/2020)
10. L-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni unika dwar:
Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 [09970/2020 - C9-0409/2020 - 2018/0166(APP)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Jan Olbrycht u Margarida Marques (A9-0260/2020);
Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji l-ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda Rapport dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda [COM(2018)0323 - C8-0189/2018 - 2018/2070(ACI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Esteban González Pons (A9-0261/2020);
Strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej Rapport dwar strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej [2020/2131(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Paolo Borchia (A9-0237/2020).
Il-QFP, il-Kundizzjonalità marbuta mar-rispett tal-Istat tad-dritt u r-Riżorsi Proprji Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0428/2020;
Ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni [COM(2017)0085 - C8-0034/2017 - 2017/0035(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: József Szájer (A9-0187/2020);
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej - Minority Safepack Mozzjoni għal riżoluzzjoniB9-0403/2020;
Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti Rapport dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti [2020/2084(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteurs: Dennis Radtke u Agnes Jongerius (A9-0233/2020);
Governanza korporattiva sostenibbli Rapport dwar governanza korporattiva sostenibbli [2020/2137(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Pascal Durand (A9-0240/2020);
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza Mozzjoni għal riżoluzzjoniB9-0400/2020.
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-14.00.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 18.00.
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.47.)
PRESIDENZA: Klára DOBREV Viċi President
11. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 15.00.
12. Tħejjija ta' Strateġija tal-UE dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, inkluża d-dimensjoni esterna tagħha (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija ta' Strateġija tal-UE dwar il-vaċċinazzjoni kontra l-COVID-19, inkluża d-dimensjoni esterna tagħha (2020/2911(RSP))
Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill) u Margaritis Schinas (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Peter Liese f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, María Soraya Rodríguez Ramos f'isem il-Grupp Renew, Silvia Sardone f'isem il-Grupp ID, Tilly Metz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Joanna Kopcińska f'isem il-Grupp ECR, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Kostas Papadakis Membru mhux affiljat, Bartosz Arłukowicz, Udo Bullmann, José Ramón Bauzá Díaz, Jean-Lin Lacapelle, Anna Cavazzini, Marc Botenga, Cindy Franssen, Heléne Fritzon, Charles Goerens, Luisa Regimenti, Anne-Sophie Pelletier, David McAllister, Kathleen Van Brempt, Vlad Gheorghe, Roman Haider, Pernille Weiss, Jytte Guteland u Edina Tóth.
PRESIDENZA: Fabio Massimo CASTALDO Viċi President
Intervent ta': Bernd Lange.
Interventi ta': Margaritis Schinas u Michael Roth.
Id-dibattitu ngħalaq.
13. L-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: L-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (2020/2791(RSP))
Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill) u Margaritis Schinas (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Jeroen Lenaers f'isem il-Grupp PPE, Juan Fernando López Aguilar f'isem il-Grupp S&D, Fabienne Keller f'isem il-Grupp Renew, Annalisa Tardino f'isem il-Grupp ID, Saskia Bricmont f'isem il-Grupp Verts/ALE, Assita Kanko f'isem il-Grupp ECR, Mick Wallace f'isem il-Grupp GUE/NGL, Antoni Comín i Oliveres Membru mhux affiljat, Lena Düpont, Petar Vitanov, Peter Kofod, Nicola Procaccini, Javier Zarzalejos, Mara Bizzotto u Joachim Stanisław Brudziński.
PRESIDENZA: Nicola BEER Viċi President
Intervent ta': Jorge Buxadé Villalba.
Interventi ta': Margaritis Schinas u Michael Roth.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Juan Fernando López Aguilar, f'isem il-Kumitat LIBE, dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà (2020/2791(RSP)) (B9-0421/2020).
14. Il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (2020/2896(RSP))
Michael Roth (President fil-kariga tal-Kunsill) u Helena Dalli (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Frances Fitzgerald f'isem il-Grupp PPE, Heléne Fritzon f'isem il-Grupp S&D, Irène Tolleret f'isem il-Grupp Renew, Nicolaus Fest f'isem il-Grupp ID, Alice Kuhnke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jadwiga Wiśniewska f'isem il-Grupp ECR, Isabella Adinolfi Membru mhux affiljata, Eugenia Rodríguez Palop f'isem il-Grupp GUE/NGL, Evelyn Regner, Karen Melchior, Pierrette Herzberger-Fofana, Margarita de la Pisa Carrión, Laura Ferrara, Maria da Graça Carvalho, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marc Angel, Chrysoula Zacharopoulou, Hannah Neumann u Gwendoline Delbos-Corfield.
Interventi ta': Helena Dalli u Michael Roth.
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Irène Tolleret, Samira Rafaela, Karen Melchior, María Soraya Rodríguez Ramos, Chrysoula Zacharopoulou, Sylvie Brunet, Radka Maxová, Susana Solís Pérez, Nathalie Loiseau u Sophia in ’t Veld, f'isem il-Grupp Renew, Maria da Graça Carvalho u Frances Fitzgerald, f'isem il-Grupp PPE, Maria Noichl, f'isem il-Grupp S&D, Alice Kuhnke, Gwendoline Delbos Corfield, Diana Riba i Giner, Sylwia Spurek, Ernest Urtasun u Monika Vana, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eugenia Rodríguez Palop u Elena Kountoura, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (2020/2896(RSP)) (B9-0402/2020);
- Jadwiga Wiśniewska, Margarita de la Pisa Carrión, Dominik Tarczyński, Bogdan Rzońca, Elżbieta Kruk, Derk Jan Eppink, Kosma Złotowski, Joachim Stanisław Brudziński, Andżelika Anna Możdżanowska, Ryszard Antoni Legutko, Beata Kempa, Zbigniew Kuźmiuk, Anna Zalewska u Grzegorz Tobiszowski, f'isem il-Grupp ECR, dwar il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (2020/2896(RSP)) (B9-0404/2020).
Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027 [09970/2020 - C9-0409/2020 - 2018/0166(APP)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Jan Olbrycht u Margarida Marques (A9-0260/2020)
(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament)
ABBOZZ TA' REGOLAMENT TAL-KUNSILL
Approvazzjoni b'votazzjoni unika (P9_TA(2020)0357) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 14)
Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar ir-riżorsi proprji l-ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda Rapport dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda [COM(2018)0323 - C8-0189/2018 - 2018/2070(ACI)] - Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali. Rapporteur: Esteban González Pons (A9-0261/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI
Adozzjoni b'votazzjoni unika(P9_TA(2020)0358) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 15)
Strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej Rapport dwar strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej [2020/2131(INI)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Paolo Borchia (A9-0237/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
Adozzjoni(P9_TA(2020)0359) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 16)
Il-QFP, il-Kundizzjonalità marbuta mar-rispett tal-Istat tad-dritt u r-Riżorsi Proprji Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0428/2020
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0360) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 17)
Ir-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni [COM(2017)0085 - C8-0034/2017 - 2017/0035(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: József Szájer (A9-0187/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0364) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 21)
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej - Minority Safepack Mozzjoni għal riżoluzzjoniB9-0403/2020
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0370) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 27)
Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti Rapport dwar Ewropa soċjali b'saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti [2020/2084(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteurs: Dennis Radtke u Agnes Jongerius (A9-0233/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0371) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 28)
Governanza korporattiva sostenibbli Rapport dwar governanza korporattiva sostenibbli [2020/2137(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Pascal Durand (A9-0240/2020)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0372) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 29)
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza Mozzjoni għal riżoluzzjoniB9-0400/2020
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
EMENDI
Ara t-Testi adottati (P9_TA(2020)0373) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", tal-14, il-15, is-16, is-17 u t-18 ta' Diċembru 2020, punt 30)
(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 18.11.)
PRESIDENZA: Fabio Massimo CASTALDO Viċi President
16. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 20.02.
17. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:
Il-QFP, il-Kundizzjonalità marbuta mar-rispett tal-Istat tad-dritt u r-Riżorsi Proprji Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B9-0428/2020;
Implimentazzjoni tar-Regolament Dublin III Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Dublin III [2019/2206(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Fabienne Keller (A9-0245/2020);
Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn [2019/2208(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Tineke Strik (A9-0238/2020).
Implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0401/2020;
L-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0421/2020;
Il-ħtieġa ta' konfigurazzjoni speċifika tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0402/2020.
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sad-21.15.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada l-Ħamis 17 ta' Diċembru 2020, 08.45.
18. Spjegazzjonijiet tal-vot
Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.
B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.
19. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.
Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
20. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA (C(2020)07980 - 2020/2899(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-27 ta' Novembru 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta' self speċjalizzat (C(2020)08242 - 2020/2926(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Diċembru 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 biex jinkludi lir-Repubblika tal-Użbekistan fost il-pajjiżi li jibbenefikaw minn preferenzi tariffarji skont l-SPĠ+ (C(2020)08259 - 2020/2900(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-30 ta' Novembru 2020
Proroga tat-terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn supplimentari fuq talba tal-Parlament
irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tat-tneħħija tal-Mongolja mit-tabella fil-punt I tal-Anness (C(2020)08386 - 2020/2909(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Diċembru 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON, LIBE
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 fir-rigward tar-rekwiżiti komuni tad-data, u r-Regolament Delegat (UE) 2016/341 fir-rigward tal-kodiċijiet li jridu jintużaw f'ċerti formoli (C(2020)08454 - 2020/2908(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Diċembru 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/427 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni tal-emendi ta' ċerti regoli ta' produzzjoni dettaljati għall-prodotti organiċi fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2020)08462 - 2020/2902(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-4 ta' Diċembru 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) 2019/125 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra biex jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (C(2020)08572 - 2020/2903(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-4 ta' Diċembru 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2195 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward tad-definizzjoni tal-iskali standard ta' spejjeż għal kull unità u s-somom f'daqqa għal rimborż tan-nefqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri (C(2020)08641 - 2020/2920(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-10 ta' Diċembru 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL
- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni li tissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) fir-rigward tal-immarkar (C(2020)08709 - 2020/2919(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-10 ta' Diċembru 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-marka ta' identifikazzjoni li għandha tintuża għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta' Fuq (C(2020)08765 - 2020/2907(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' Diċembru 2020
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/1122 fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2020)07549 - 2020/2861(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-6 ta' Novembru 2020
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn supplimentari fuq talba tal-Parlament
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
21. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għad-diclofop, il-fluopyram, l-ipconazole u t-terbuthylazine f'ċerti prodotti jew fuqhom (D067437/05 - 2020/2925(RPS) - skadenza: 11 ta' Frar 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta' residwi għall-benalaxyl, il-benalaxyl-M, id-dichlobenil, il-fluopicolide, il-proquinazid u l-pyridalyl f'ċerti prodotti jew fuqhom (D067499/05 - 2020/2924(RPS) - skadenza: 11 ta' Frar 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen (D067676/03 - 2020/2901(RPS) - skadenza: 1 ta' Marzu 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-klordekon f'ċerti prodotti jew fuqhom (D068969/04 - 2020/2921(RPS) - skadenza: 11 ta' Frar 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta' trażmissjoni b'veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta' kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi b'funzjoni ta' bejgħ dirett (D069494/02 - 2020/2917(RPS) - skadenza: 5 ta' Marzu 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-grupp ta' sustanzi 4-(1,1,3,3-Tetrametilbutil)fenol, etossilat (li jkopri sustanzi definiti sew u sustanzi ta' kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti kumplessi ta' reazzjoni jew materjali bijoloġiċi, polimeri u omologi) (D070073/02 - 2020/2898(RPS) - skadenza: 27 ta' Frar 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE, IMCO
22. Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet u deċiżjonijiet baġitarji
Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' INF 3/2020 - Taqsima X - Is-SEAE.
Skont l-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet ta' Nru 5-INF/2020 - Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja.
Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' DEC 2/2020 - Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' DEC 3/2020 - Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni.
Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' DEC 1/2020 - Taqsima X - Is-SEAE.
Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda li japprova t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' Nru 1-DEC/2020 - Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja.
23. Dibattiti dwar każi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (tħabbir tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Skont l-Artikolu 144 tar-Regoli ta' Proċedura, dawn il-Membri jew il-gruppi politiċi li ġejjin talbu li jiġi organizzat tali dibattitu għal dawn il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
I. Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (2020/2912(RSP))
- Miguel Urbán Crespo, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (B9-0424/2020);
- Thierry Mariani u Maximilian Krah, f'isem il-Grupp ID, dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-maniġment tal-EIPR (B9-0425/2020);
- Mounir Satouri, Piernicola Pedicini, Gwendoline Delbos-Corfield, Rosa D'Amato, Ignazio Corrao, Eleonora Evi, Tineke Strik, Hannah Neumann u Bronis Ropė, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (B9-0426/2020);
- Kati Piri u Pierfrancesco Majorino, f'isem il-Grupp S&D, dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (B9-0427/2020);
- Jan-Christoph Oetjen, María Soraya Rodríguez Ramos, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Svenja Hahn, Karin Karlsbro, Moritz Körner, Ilhan Kyuchyuk, Frédérique Ries, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu u Hilde Vautmans, f'isem il-Grupp Renew, dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (B9-0430/2020);
- Ryszard Antoni Legutko, Anna Fotyga, Karol Karski, Adam Bielan, Ryszard Czarnecki, Angel Dzhambazki, Eugen Jurzyca, Assita Kanko, Joanna Kopcińska, Elżbieta Kruk, Elżbieta Rafalska, Bogdan Rzońca, Hermann Tertsch, Valdemar Tomaševski, Evžen Tošenovský, Alexandr Vondra, Veronika Vrecionová, Charlie Weimers u Jadwiga Wiśniewska, f'isem il-Grupp ECR, dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (B9-0437/2020);
- Michael Gahler, Christian Sagartz, Isabel Wiseler-Lima, Miriam Lexmann, Tomáš Zdechovský, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Vladimír Bilčík, Inese Vaidere, Tomas Tobé, Krzysztof Hetman, Romana Tomc, Magdalena Adamowicz, Ivan Štefanec, Benoît Lutgen, Janina Ochojska, Eva Maydell, Luděk Niedermayer, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák, Peter van Dalen, Ioan-Rareş Bogdan u Peter Pollák, f'isem il-Grupp PPE, dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) (B9-0442/2020).
II. Ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (2020/2913(RSP))
- Idoia Villanueva Ruiz u Nikolaj Villumsen, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang(B9-0431/2020);
- Reinhard Bütikofer, Ernest Urtasun, Alviina Alametsä, Ignazio Corrao, Viola Von Cramon-Taubadel, Hannah Neumann, Gwendoline Delbos-Corfield, Alice Kuhnke, Tineke Strik, Pär Holmgren, Jakop G. Dalunde, Saskia Bricmont, Anna Cavazzini, Bronis Ropė u Eleonora Evi, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (B9-0432/2020);
- Kati Piri, f'isem il-Grupp S&D, sur le travail forcé et la situation des Ouïgours dans la région autonome ouïgoure du Xinjiang (B9-0433/2020);
- Ryszard Antoni Legutko, Raffaele Fitto, Anna Fotyga, Adam Bielan, Assita Kanko, Elżbieta Kruk, Dace Melbārde, Elżbieta Rafalska, Bert-Jan Ruissen, Bogdan Rzońca, Hermann Tertsch, Valdemar Tomaševski, Evžen Tošenovský, Alexandr Vondra, Veronika Vrecionová, Witold Jan Waszczykowski, Charlie Weimers u Jadwiga Wiśniewska, f'isem il-Grupp ECR, dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (B9-0434/2020);
- Engin Eroglu, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Izaskun Bilbao Barandica, Olivier Chastel, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Svenja Hahn, Karin Karlsbro, Moritz Körner, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu, Hilde Vautmans u Marie-Pierre Vedrenne, f'isem il-Grupp Renew, dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (B9-0435/2020);
- Michael Gahler, Miriam Lexmann, Isabel Wiseler-Lima, David McAllister, Radosław Sikorski, Paulo Rangel, Andrzej Halicki, Peter van Dalen, Tomáš Zdechovský, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Vladimír Bilčík, Inese Vaidere, David Lega, Christian Sagartz, Tomas Tobé, Krzysztof Hetman, Romana Tomc, Magdalena Adamowicz, Ivan Štefanec, Esther de Lange, Loucas Fourlas, Benoît Lutgen, Janina Ochojska, Eva Maydell, Luděk Niedermayer, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák, Stelios Kympouropoulos, Michaela Šojdrová u Peter Pollák, f'isem il-Grupp PPE, dwar ix-xogħol furzat u s-sitwazzjoni tal-Ujguri fir-Reġjun Awtonomu Ujgur tax-Xinjiang (B9-0436/2020).
III. L-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (2020/2914(RSP))
- Dominique Bilde, f'isem il-Grupp ID, dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (B9-0438/2020);
- Cornelia Ernst, Malin Björk u Nikolaj Villumsen, f'isem il-Grupp GUE/NGL, dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (B9-0439/2020);
- Hannah Neumann, Ernest Urtasun, Heidi Hautala, Francisco Guerreiro, Alviina Alametsä, Martin Häusling, Ignazio Corrao, Tineke Strik, Diana Riba i Giner, Rosa D'Amato, Alexandra Geese, Katrin Langensiepen, Bronis Ropė, Manuela Ripa, Gwendoline Delbos-Corfield u Eleonora Evi, f'isem il-Grupp Verts/ALE, dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (B9-0440/2020);
- Kati Piri u Maria Arena, f'isem il-Grupp S&D, dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (B9-0441/2020);
- Hilde Vautmans, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Svenja Hahn, Karin Karlsbro, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu u Marie-Pierre Vedrenne, f'isem il-Grupp Renew, dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (B9-0443/2020);
- Ryszard Antoni Legutko, Raffaele Fitto, Anna Fotyga, Karol Karski, Adam Bielan, Ryszard Czarnecki, Assita Kanko, Joanna Kopcińska, Elżbieta Kruk, Elżbieta Rafalska, Bogdan Rzońca, Hermann Tertsch, Valdemar Tomaševski, Evžen Tošenovský, Alexandr Vondra, Veronika Vrecionová, Witold Jan Waszczykowski, Charlie Weimers, Jadwiga Wiśniewska u Jan Zahradil, f'isem il-Grupp ECR, dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (B9-0444/2020);
- Michael Gahler, David Lega, Željana Zovko, Isabel Wiseler-Lima, Sandra Kalniete, David McAllister, Miriam Lexmann, Radosław Sikorski, Paulo Rangel, Andrzej Halicki, Tomáš Zdechovský, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Vladimír Bilčík, Inese Vaidere, Christian Sagartz, Tomas Tobé, Vangelis Meimarakis, Krzysztof Hetman, Romana Tomc, Magdalena Adamowicz, Ivan Štefanec, Loucas Fourlas, Benoît Lutgen, Janina Ochojska, Eva Maydell, Luděk Niedermayer, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák, Stelios Kympouropoulos, Michaela Šojdrová, Ioan-Rareş Bogdan u Peter Pollák, f'isem il-Grupp PPE, dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012 (B9-0445/2020).
Il-ħin għad-diskorsi se jiġi allokat skont l-Artikolu 171 tar-Regoli ta' Proċedura.
24. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 662.276/OJJE).
Agius Saliba Alex, Beňová Monika, Ochojska Janina, Skyttedal Sara
⁂
Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.