Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:
Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, b'mod partikolari l-każ tal-attivisti tal-Inizjattiva Eġizzjana għad-Drittijiet Personali (EIPR) Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġuntaRC-B9-0426/2020;
Baġit Ġenerali ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 [13892/2020 - C9-0408/2020 - 2020/0371(BUD)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: Pierre Larrouturou u Olivier Chastel (A9-0267/2020);
Regoli komuni li jiżguraw konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I [COM(2020)0826 - C9-0399/2020 - 2020/0362(COD)] - Kumitat TRAN;
Konnettività fit-trasport bl-ajru fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I [COM(2020)0827 - C9-0398/2020 - 2020/0363(COD)] - Kumitat TRAN;
Sikurezza tal-avjazzjoni fi tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni fir-rigward tail-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I [COM(2020)0828 - C9-0397/2020- 2020/0364(COD)] - Kumitat TRAN;
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni ***I [COM(2020)0830 - C9-0396/2020 - 2020/0366(COD)] - Kumitat PECH.
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-14.45.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 17.00.