Il-President għamel stqarrija fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mill-ġrajjiet li seħħew f'Vilnjius fit-13 ta' Jannar 1991, li matulhom tilfu ħajjithom 14-il persuna u bosta mijiet sfaw midruba wara l-intervent tal-armata Sovjetika kontra d-dimostranti tal-moviment tal-indipendenza tal-Litwanja. Huwa jagħti ġieħ liċ-ċittadini Litwani li ddefendew il-libertà, id-demokrazija u l-istat tad-dritt tagħhom..
Barra minn hekk, huwa jiddenunzja l-arrest tal-avversarju Russu Aleksei Navalny mal-wasla tiegħu f’Moska lbieraħ, il-Ħadd 17 ta' Jannar 2021. Huwa rringrazzja lill-awtoritajiet Ġermaniżi tal-kura u l-assistenza li taw lil Aleksei Navalny u appella lill-awtoritajiet Russi biex jeħilsuh.