Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
It-Tnejn, 18 ta' Jannar 2021 - Brussell

6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Fredrick Federley avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 13 ta' Diċembru 2020.

F'konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tiegħu li tiddekorri mit-tali data u jgħarraf lill-awtorità nazzjonali kkonċernata b'dan.

Cristian Ghinea nħatar Ministru tal-Investimenti u tal-Proġetti Ewropej tal-Gvern Rumen b'seħħ mit-23 ta' Diċembru 2020.

Kris Peeters inħatar Viċi President tal-Bank Ewropew tal-Investiment b'seħħ mit-12 ta' Jannar 2021.

Il-Parlament ħa nota li, f'konformità mal-Artikolu 7(1), tal-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, dawn il-karigi huma inkompatibbli ma’ dawk ta' Membru tal-Parlament Ewropew u, skont l-Artikolu4(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura, jistabbilixxi li s-siġġijiet tagħhom huma vakanti b'seħħ mit-23 ta' Diċembru 2020 u mit-12 ta' Jannar 2021, rispettivament.

L-awtoritajiet kompetenti Rumeni kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Alin-Cristian Mituţa minflok Cristian Ghinea bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 28 ta' Diċembru 2020.

L-awtoritajiet kompetenti Ungeriżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Ernö Schaller-Baross minflok József Szájer bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 10 ta' Jannar 2021.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Alin-Cristian Mituța u Ernő Schaller-Baross jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' April 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza