13. Atti delegati (Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
Il-President ifakkar li r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat AGRI li ma jsirux oġġezzjonijiet għall-att delegat tħabbret fil-plenarja tal-ġurnata ta' qabel, it-Tnejn 18 ta' Jannar 2021 (punt 11 tal-Minuti tad-data 18.1.2021)
Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit fl-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura.
Konsegwentement, din ir-rakkomandazzjoni titqies approvata u se tkun ippubblikata fit-Testi adottati tas-seduta tal-lum (P9_TA(2021)0005).