Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
It-Tnejn, 8 ta' Frar 2021 - Brussell

8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 10 ta' Frar 2021 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 654/2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali (00052/2020/LEX - C9-0015/2021 - 2019/0273(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Appoġġ Tekniku (00061/2020/LEX - C9-0014/2021 - 2020/0103(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot ta' pajjiżi terzi u l-iffissar ta' sostituti għal ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (00063/2020/LEX - C9-0013/2021 - 2020/0154(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-indirizzar tal-kriżi assoċjata mat-tifqigħa tal-COVID-19 (00051/2020/LEX - C9-0012/2021 - 2020/0105(COD)).

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Ġunju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza