L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar 2021 (PE 679.108/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):
Il-President informa li rċieva żewġ talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) għall-adozzjni tal-fajls li ġejjin matul din is-sessjoni parzjali:
- Ir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Unjoni: eżenzjoni temporanja (punt 63 tal-PDOJ);
- Miżuri temporanji rigward il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (Omnibus II) (punt 64 tal-PDOJ).
Il-President informa wkoll li dawn it-talbiet se jitressqu għall-votazzjoni matul is-sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.
Il-President għarraf finalment li l-votazzjonijiet se jitqassmu bejn id-diversi sessjonijiet ta' votazzjoni skont l-għadd ta' emendi u l-għadd ta' talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u separati. L-informazzjoni dwar it-tqassim tal-votazzjonijiet f'diversi sessjonijiet ta' votazzjoni se tkun disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament fit-taqsima "Informazzjoni u dokumenti prijoritarji".