Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 6k
It-Tnejn, 8 ta' Frar 2021 - Brussell

14. Sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar:

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amaro
Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amaro [2019/2150(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Stéphane Séjourné (A9-0009/2021);

Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
Rapport dwar il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew [N9-0080/2020 - C9-0425/2020 - 2020/0910(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0007/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni unika dwar:

Il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (kodifikazzjoni) ***I
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (kodifikazzjoni) [COM(2020)0048 - C9-0017/2020 - 2020/0029(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Magdalena Adamowicz (A9-0010/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):

Ir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Unjoni: eżenzjoni temporanja ***I
[COM(2020)0818 - C9-0420/2020 - 2020/0358(COD)] - Kumitat TRAN;

Miżuri temporanji rigward il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (Omnibus II) ***I
[COM(2021)0025 - C9-0004/2021 - 2021/0012(COD)] - Kumitat TRAN.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talba biex jittieħed vot fuq l-emendi minflok il-ftehim proviżorju (Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura) (imressqa mill-grupp The Left):

L-istabbiliment ta' Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza [COM(2020)0408 - C9-0150/2020 - 2020/0104(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial, Siegfried Mureşan u Dragoş Pîslaru (A9-0214/2020).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-19. 45.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada it-Tlieta 9 ta' Frar 2021, 08.30.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Ġunju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza