Indiċi 
Minuti
XML 133kPDF 270kWORD 73k
It-Tnejn, 8 ta' Frar 2021 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
 4.Kompożizzjoni tal-Parlament
 5.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 6.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)
 7.Atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 111(6) u Artikolu 112(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura)
 8.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
 9.Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
 10.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 11.Dokumenti mressqa
 12.Ordni tal-ħidma
 13.Bank Ċentrali Ewropew – rapport annwali 2020 (dibattitu)
 14.Sessjoni ta' votazzjonijiet
 15.Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (dibattitu)
 16.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 17.Implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (dibattitu)
 18.Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (dibattitu)
 19.It-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b'enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu (dibattitu)
 20.L-impatt tal-COVID-19 fuq iż-żgħażagħ u fuq l-isport (dibattitu)
 21.Implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Ażil (preżentazzjoni qasira)
 22.Aċċess pubbliku għad-dokumenti għas-snin 2016-2018 (preżentazzjoni qasira)
 23.Spjegazzjonijiet tal-vot
 24.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 25.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 26.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: David Maria SASSOLI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 21 ta' Jannar 2021 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.04.


3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti

Il-Minuti tas-seduti tad-dati 18, 19, 20 u 21 ta' Jannar 2021 ġew approvati.


4. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Belġjani kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Tom Vandenkendelaere minflok Kris Peeters bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 25 ta' Jannar 2021.

L-awtoritajiet kompetenti Żvediżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Emma Wiesner minflok Fredrick Federley bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 4 ta' Frar 2021.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom ikunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kontestazzjoni eventwali, Tom Vandenkendelaere u Emma Wiesner jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.


5. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President irċieva mill-gruppi PPE, Renew u ID id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat ECON: France Jamet minflok Herve Juvin

Kumitat ENVI: Emma Wiesner minflok Karin Karlsbro

Kumitat IMCO: Tom Vandenkendelaere

Kumitat REGI: Yana Toom

Kumitat PECH: Emma Wiesner minflok Jan Huitema

Sottokumitat SEDE: Tom Vandenkendelaere

Delegazzjoni għall-kooperazzjoni tat-Tramuntana u għar-relazzjonijiet mal-Iżvizzera u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Iżlanda u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE): Emma Wiesner

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Iran: Tom Vandenkendelaere

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO: Tom Vandenkendelaere

Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.


6. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill (Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, skont l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura, il-kumitat ECON iddeċieda li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, abbażi tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari li ġejjin:

- riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD)) - pożizzjoni fl-ewwel qari P8_TA(2019)0404.

Din l-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari tikkostitwixxi l-mandat għan-negozjati.


7. Atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 111(6) u Artikolu 112(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President informa li l-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf li ma saret l-ebda oġġezzjoni għal:

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għall-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/424, (UE) 2019/1781, (UE) 2019/2019, (UE) 2019/2020, (UE) 2019/2021, (UE) 2019/2022, (UE) 2019/2023 u (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal servers u prodotti tal-ħżin tad-data, muturi elettriċi u sistemi ta' trażmissjoni b'veloċità varjabbli, apparat refriġeranti, sorsi tad-dawl u tagħmir ta' kontroll separat, unitajiet tal-wiri elettroniċi, magni tal-ħasil tal-platti domestiċi, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi u magni tal-ħasil u tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi u apparat refriġeranti b'funzjoni ta' bejgħ dirett (D069494/02 - 2020/2917(RPS)) (B9-0107/2021);

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat AGRI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Jannar 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali fis-sena 2021 (C(2021)00188 - 2021/2517(DEA)) (B9-0110/2021);

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat AGRI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas-27 ta' Jannar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/884 li jidderoga fir-rigward tas-sena 2020 mir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u mir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 fir-rigward tas-settur tal-inbid b'rabta mal-pandemija tal-COVID-19, u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 (C(2021)00371 - 2021/2530(DEA)) (B9-0111/2021);

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2020 li jemenda l-istandards tekniċi stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2251 fir-rigward taż-żmien meta se jibdew japplikaw ċerti proċeduri tal-ġestjoni tar-riskju għall-fini tal-iskambju tal-kollateral (C(2020)09147 - 2020/2942(DEA)) (B9-0098/2021);

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti fir-Regolamenti Delegati (UE) 2015/2205, (UE) 2016/592 u (UE) 2016/1178 fir-rigward tad-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2020)09148 - 2020/2943(DEA)) (B9-0097/2021).

Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx fi żmien 24 siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala approvati. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-rakkomandazzjonijiet jitressqu għal votazzjoni.


8. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 10 ta' Frar 2021 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 654/2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali (00052/2020/LEX - C9-0015/2021 - 2019/0273(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta' Appoġġ Tekniku (00061/2020/LEX - C9-0014/2021 - 2020/0103(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-eżenzjoni ta' ċerti parametri referenzjarji tal-kambju spot ta' pajjiżi terzi u l-iffissar ta' sostituti għal ċerti parametri referenzjarji li jkunu se jitwaqqfu, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (00063/2020/LEX - C9-0013/2021 - 2020/0154(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-introduzzjoni ta' miżuri speċifiċi għall-indirizzar tal-kriżi assoċjata mat-tifqigħa tal-COVID-19 (00051/2020/LEX - C9-0012/2021 - 2020/0105(COD)).


9. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)

Il-mistoqsijiet li ġejjin b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlu fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):

- O-000004/2021 imressqa minn Cristian-Silviu Buşoi, f'isem il-Kumitat ITRE, lill-Kummissjoni: Sikurezza tal-impjant tal-enerġija nukleari f'Ostrovets, il-Belarussja (B9-0003/2021);

- O-000006/2021 imressqa minn Lucia Ďuriš Nicholsonová, Lina Gálvez Muñoz, Dragoş Pîslaru, Elena Lizzi, Kim Van Sparrentak, Anna Zalewska u Eugenia Rodríguez Palop, f'isem il-Kumitat EMPL, u Andrea Bocskor, lill-Kummissjoni: Aġenda Ewropea għall-Ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (B9-0004/2021);

- O-000074/2020 imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: L-impatt tal-COVID-19 fuq iż-żgħażagħ u l-isport (B9-0005/2021).


10. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Mejju I 2020 u Novembru II 2020 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.


11. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 dwar it-tiġdid jew l-estensjoni ta' ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta' ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f'ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport, għal perjodi ta' referenza sussegwenti għal dawk imsemmija fir-Regolament (UE) 2020/698 (COM(2021)0025 - C9-0004/2021 - 2021/0012(COD))

F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/465/JHA, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0020 - C9-0005/2021 - 2021/0008(COD))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

JURI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/41/UE, fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali (COM(2021)0021 - C9-0006/2021 - 2021/0009(COD))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

JURI

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri (kodifikazzjoni) (COM(2021)0034 - C9-0008/2021 - 2021/0018(COD))

F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009, (KE) Nru 1185/2009 u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (COM(2021)0037 - C9-0009/2021 - 2021/0020(COD))

irriferut

responsabbli :

AGRI

- Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa rigward il-kontenut tar-reġistri elettroniċi (COM(2021)0028 - C9-0016/2021 - 2021/0015(CNS))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol b'appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni (COM(2020)0796 - C9-0401/2020 - 2020/0349(COD))

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

BUDG, CONT

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (COM(2020)0825 - C9-0418/2020 – 2020/0361(COD))

F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropewdwar din il-proposta. F'konformità mal-Artikolu 307 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
F'konformità mal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President se jikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

ECON, ITRE, TRAN, CULT, JURI, LIBE

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (COM(2020)0842 - C9-0419/2020 - 2020/0374(COD))

F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropewdwar din il-proposta. F'konformità mal-Artikolu 307 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

F'konformità mal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President se jikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

IMCO

opinjoni :

ECON, ITRE, JURI, LIBE

2) mill-kumitati parlamentari

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għas-sena 2020 (2020/2123(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sven Simon (A9-0002/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzjanti tal-kreditu, ix-xerrejja tal-kreditu u l-irkupru tal-kollateral (COM(2018)0135[[01]] - C8-0115/2018 - 2018/0063A(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteurs: Esther de Lange u Irene Tinagli (A9-0003/2021)

- Rapport dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti (Artikolu 122(7)) - Rapport annwali għas-snin 2016-2018 (2019/2198(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Ioan-Rareş Bogdan (A9-0004/2021)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali. (2020/2047(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Erik Marquardt (A9-0005/2021)

- Rapport dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b'enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu (2019/2188(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Özlem Demirel (A9-0006/2021)

- Rapport dwar il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N9-0080/2020 - C9-0425/2020 - 2020/0910(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0007/2021)

- Rapport dwar il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (2020/2077(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Jan Huitema (A9-0008/2021)

- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amaro (2019/2150(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Stéphane Séjourné (A9-0009/2021)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (kodifikazzjoni) (COM(2020)0048 - C9-0017/2020 - 2020/0029(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Magdalena Adamowicz (A9-0010/2021)

- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (2020/2029(INI)) - Kumitat LIBE - Kumitat FEMM - Rapporteurs: Juan Fernando López Aguilar u María Soraya Rodríguez Ramos (A9-0011/2021)


12. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda għas-seduti plenarji ta' Frar 2021 (PE 679.108/PDOJ) tqassam u ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 158 tar-Regoli ta' Proċedura):

Il-President informa li rċieva żewġ talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) għall-adozzjni tal-fajls li ġejjin matul din is-sessjoni parzjali:

- Ir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Unjoni: eżenzjoni temporanja (punt 63 tal-PDOJ);

- Miżuri temporanji rigward il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (Omnibus II) (punt 64 tal-PDOJ).

Il-President informa wkoll li dawn it-talbiet se jitressqu għall-votazzjoni matul is-sessjoni ta' votazzjoni tal-lum.

Il-President għarraf finalment li l-votazzjonijiet se jitqassmu bejn id-diversi sessjonijiet ta' votazzjoni skont l-għadd ta' emendi u l-għadd ta' talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u separati. L-informazzjoni dwar it-tqassim tal-votazzjonijiet f'diversi sessjonijiet ta' votazzjoni se tkun disponibbli fis-sit tal-internet tal-Parlament fit-taqsima "Informazzjoni u dokumenti prijoritarji".

Il-Parlament qabel ma' dawn il-proposti.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


13. Bank Ċentrali Ewropew – rapport annwali 2020 (dibattitu)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali 2020 tal-Bank Ċentrali Ewropew [2020/2123(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Simon (A9-0002/2021)

Sven Simon ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Christine Lagarde (President tal-Bank Ċentrali Ewropew).

Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).

PRESIDENZA: Pedro SILVA PEREIRA
Viċi President

Interventi ta': Markus Ferber f'isem il-Grupp PPE, Pedro Marques f'isem il-Grupp S&D, Engin Eroglu f'isem il-Grupp Renew, Francesca Donato f'isem il-Grupp ID, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Johan Van Overtveldt f'isem il-Grupp ECR, Dimitrios Papadimoulis, f'isem il-Grupp The Left, Dorien Rookmaker Membru mhux affiljata, Vangelis Meimarakis, Jonás Fernández, Luis Garicano, France Jamet, Sven Giegold, Derk Jan Eppink, Fabio Massimo Castaldo, Evelyn Regner, Billy Kelleher, Gunnar Beck, Bas Eickhout, Henrike Hahn, Claude Gruffat u Marie Toussaint.

Interventi ta': Valdis Dombrovskis u Christine Lagarde.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 14 tal-Minuti tad-data 9.2.2021 (emendi); punt 3 tal-Minuti tad-data 10.2.2021 (votazzjoni finali).


14. Sessjoni ta' votazzjonijiet

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar:

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amaro
Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amaro [2019/2150(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Stéphane Séjourné (A9-0009/2021);

Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew
Rapport dwar il-proposta tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew [N9-0080/2020 - C9-0425/2020 - 2020/0910(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0007/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni unika dwar:

Il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (kodifikazzjoni) ***I
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (kodifikazzjoni) [COM(2020)0048 - C9-0017/2020 - 2020/0029(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Magdalena Adamowicz (A9-0010/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talbiet għall-applikazzjoni tal-proċedura urġenti (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura):

Ir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Unjoni: eżenzjoni temporanja ***I
[COM(2020)0818 - C9-0420/2020 - 2020/0358(COD)] - Kumitat TRAN;

Miżuri temporanji rigward il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (Omnibus II) ***I
[COM(2021)0025 - C9-0004/2021 - 2021/0012(COD)] - Kumitat TRAN.

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-talba biex jittieħed vot fuq l-emendi minflok il-ftehim proviżorju (Artikolu 59(3) tar-Regoli ta' Proċedura) (imressqa mill-grupp The Left):

L-istabbiliment ta' Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza [COM(2020)0408 - C9-0150/2020 - 2020/0104(COD)] - Kumitat għall-Baġits - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Eider Gardiazabal Rubial, Siegfried Mureşan u Dragoş Pîslaru (A9-0214/2020).

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sat-19. 45.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada it-Tlieta 9 ta' Frar 2021, 08.30.


15. Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (dibattitu)

Rapport dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari [2020/2077(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Jan Huitema (A9-0008/2021)

Jan Huitema ppreżenta r-rapport.

Intervent ta': Anna Cavazzini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO).

Intervent ta': Virginijus Sinkevičius (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Svenja Hahn (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Romana Jerković (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Ciarán Cuffe (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Claude Gruffat (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Arba Kokalari f'isem il-Grupp PPE, Simona Bonafè f'isem il-Grupp S&D, u Martin Hojsík f'isem il-Grupp Renew.

PRESIDENZA: Dita CHARANZOVÁ
Viċi President

Interventi ta': Joëlle Mélin f'isem il-Grupp ID, Margrete Auken f'isem il-Grupp Verts/ALE, Pietro Fiocchi f'isem il-Grupp ECR, Mick Wallace, f'isem il-Grupp The Left, Edina Tóth, Jytte Guteland, Claudia Gamon, Sara Matthieu, Petros Kokkalis, Agnès Evren, Delara Burkhardt, Linea Søgaard-Lidell, Ville Niinistö, Pernille Weiss, Mohammed Chahim, Ivars Ijabs, Hildegard Bentele, Christel Schaldemose u Maria Spyraki.

Intervent ta': Virginijus Sinkevičius.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 14 tal-Minuti tad-data 9.2.2021 (emendi); punt 3 tal-Minuti tad-data 11.2.2021 (votazzjoni finali).


16. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President ħabbret li l-President tal-Parlament irċieva mill-Grupp Renew id-deċiżjoni li ġejja li timmodifika l-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat EMPL: Yana Toom ma baqgħetx membru

Din id-deċiżjoni jibda jkollha effett mid-data tal-lum.


17. Implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (dibattitu)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu [2020/2029(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteurs: Juan Fernando López Aguilar u María Soraya Rodríguez Ramos (A9-0011/2021)

Juan Fernando López Aguilar u María Soraya Rodríguez Ramos ippreżentaw ir-rapport.

Intervent ta': Ylva Johansson (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Loránt Vincze f'isem il-Grupp PPE, Maria Noichl f'isem il-Grupp S&D, Hilde Vautmans f'isem il-Grupp Renew, Jean-Lin Lacapelle f'isem il-Grupp ID, Alice Kuhnke f'isem il-Grupp Verts/ALE, Jessica Stegrud f'isem il-Grupp ECR, Malin Björk, f'isem il-Grupp The Left, Laura Ferrara Membru mhux affiljata, Frances Fitzgerald, Heléne Fritzon, Joachim Stanisław Brudziński, Eugenia Rodríguez Palop, Pernille Weiss, Margarita de la Pisa Carrión u Emmanouil Fragkos.

Intervent ta': Ylva Johansson.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 14 tal-Minuti tad-data 9.2.2021 (emendi); punt 3 tal-Minuti tad-data 10.2.2021 (votazzjoni finali).


18. Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali O-000006/2021 imressqa minn Lucia Ďuriš Nicholsonová, Lina Gálvez Muñoz, Dragoş Pîslaru, Elena Lizzi, Kim Van Sparrentak, Anna Zalewska u Eugenia Rodríguez Palop, f'isem il-Kumitat EMPL, u Andrea Bocskor, lill-Kummissjoni: Aġenda Ewropea għall-Ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (B9-0004/2021)

Vilija Blinkevičiūtė (Viċi President tal-Kumitat EMPL) daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Nicolas Schmit (Membru tal-Kummissjoni) wieġeb il-mistoqsija.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Andrea Bocskor f'isem il-Grupp PPE, Lina Gálvez Muñoz f'isem il-Grupp S&D, Dragoş Pîslaru f'isem il-Grupp Renew, Julie Lechanteux f'isem il-Grupp ID, Eugenia Rodríguez Palop, f'isem il-Grupp The Left, Daniela Rondinelli Membru mhux affiljata, Romana Tomc, Marc Angel, Radka Maxová, Stelios Kympouropoulos, Radan Kanev, Anne Sander u Antonius Manders.

Intervent ta': Nicolas Schmit.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Lucia Ďuriš Nicholsonová, f'isem il-Kumitat EMPL, dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (2020/2818(RSP)) (B9-0108/2021).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 11 tal-Minuti tad-data 10.2.2021 (emendi); punt 2 tal-Minuti tad-data 11.2.2021 (votazzjoni finali).


19. It-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b'enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu (dibattitu)

Rapport dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b'enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu [2019/2188(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Özlem Demirel (A9-0006/2021)

Özlem Demirel ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Nicolas Schmit (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Vilija Blinkevičiūtė (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Cristina Maestre Martín De Almagro (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat PETI), Tomáš Zdechovský f'isem il-Grupp PPE, Marianne Vind f'isem il-Grupp S&D, Atidzhe Alieva-Veli f'isem il-Grupp Renew, Dominique Bilde f'isem il-Grupp ID, Gwendoline Delbos-Corfield f'isem il-Grupp Verts/ALE, Elżbieta Rafalska f'isem il-Grupp ECR, José Gusmão, f'isem il-Grupp The Left, Daniela Rondinelli Membru mhux affiljata, Cindy Franssen, Agnes Jongerius, Sylvie Brunet, Guido Reil, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Ádám Kósa u Estrella Durá Ferrandis.

Intervent ta': Nicolas Schmit.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 14 tal-Minuti tad-data 9.2.2021 (emendi); punt 3 tal-Minuti tad-data 10.2.2021 (votazzjoni finali).


20. L-impatt tal-COVID-19 fuq iż-żgħażagħ u fuq l-isport (dibattitu)

Mistoqsija bi tweġiba orali O-000074/2020 imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: L-impatt tal-COVID-19 fuq iż-żgħażagħ u l-isport (B9-0005/2021)

Sabine Verheyen daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.

Mariya Gabriel (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.

Interventi ta': Michaela Šojdrová f'isem il-Grupp PPE, Petra Kammerevert f'isem il-Grupp S&D, Laurence Farreng f'isem il-Grupp Renew, Alessandra Basso f'isem il-Grupp ID, Diana Riba i Giner f'isem il-Grupp Verts/ALE, Elżbieta Rafalska f'isem il-Grupp ECR, Niyazi Kizilyürek, f'isem il-Grupp The Left, Tomasz Frankowski, Victor Negrescu, Vlad-Marius Botoş, Hannes Heide u Marcos Ros Sempere.

Intervent ta': Mariya Gabriel.

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 136(5) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Sabine Verheyen, f'isem il-Kumitat CULT, dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq iż-żgħażagħ u fuq l-isport (2020/2864(RSP)) (B9-0115/2021).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 14 tal-Minuti tad-data 9.2.2021 (emendi); punt 3 tal-Minuti tad-data 10.2.2021 (votazzjoni finali).


21. Implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Ażil (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali [2020/2047(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Erik Marquardt (A9-0005/2021)

Erik Marquardt għamel il-preżentazzjoni.

Intervent ta': Mariya Gabriel (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 14 tal-Minuti tad-data 9.2.2021 (emendi); punt 3 tal-Minuti tad-data 10.2.2021 (votazzjoni finali).


22. Aċċess pubbliku għad-dokumenti għas-snin 2016-2018 (preżentazzjoni qasira)

Rapport dwar l-Aċċess Pubbliku għad-Dokumenti (Artikolu 122(7)) - Rapport annwali għas-snin 2016-2018 [2019/2198(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Ioan-Rareş Bogdan (A9-0004/2021)

Ioan-Rareş Bogdan għamel il-preżentazzjoni.

Intervent ta': Mariya Gabriel (Membru tal-Kummissjoni).

Il-punt ingħalaq.

Votazzjoni: punt 14 tal-Minuti tad-data 9.2.2021 (emendi); punt 3 tal-Minuti tad-data 10.2.2021 (votazzjoni finali).


23. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.

B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.


24. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.

Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


25. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" 679.108/OJMA).


26. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.50.

Klaus Welle

David Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adamowicz Magdalena, Adinolfi Isabella, Adinolfi Matteo, Aguilar Mazaly, Alexandrov Yordanov Alexander, Alieva-Veli Atidzhe, Andrews Barry, Andrieu Eric, Androulakis Nikos, Angel Marc, Ansip Andrus, Ara-Kovács Attila, Arena Maria, Arias Echeverría Pablo, Arłukowicz Bartosz, Asimakopoulou Anna-Michelle, Auštrevičius Petras, Avram Carmen, Balt Marek Paweł, Barrena Arza Pernando, Bartolo Pietro, Băsescu Traian, Basso Alessandra, Bay Nicolas, Beck Gunnar, Beer Nicola, Beghin Tiziana, Belka Marek, Bellamy François-Xavier, Benifei Brando, Bentele Hildegard, Biedroń Robert, Bielan Adam, Bijoux Stéphane, Bilčík Vladimír, Bilde Dominique, Bischoff Gabriele, Bizzotto Mara, Björk Malin, Blaga Vasile, Blinkevičiūtė Vilija, Bocskor Andrea, Bogdan Ioan-Rareş, Bonafè Simona, Borchia Paolo, Botenga Marc, Botoş Vlad-Marius, Brglez Milan, Brudziński Joachim Stanisław, Brunet Sylvie, Buchheit Markus, Buda Daniel, Bullmann Udo, Burkhardt Delara, Buşoi Cristian-Silviu, Campomenosi Marco, Canfin Pascal, Carême Damien, Carvalhais Isabel, Casa David, Castaldo Fabio Massimo, del Castillo Vera Pilar, Ceccardi Susanna, Cerdas Sara, Chahim Mohammed, Chaibi Leila, Charanzová Dita, Chastel Olivier, Christensen Asger, Christoforou Lefteris, Comín i Oliveres Antoni, Conte Rosanna, Corrao Ignazio, Cozzolino Andrea, Crețu Corina, Cutajar Josianne, Dalunde Jakop G., Daly Clare, Danielsson Johan, Danjean Arnaud, Danti Nicola, De Castro Paolo, Delbos-Corfield Gwendoline, Deli Andor, De Man Filip, De Meo Salvatore, Demirel Özlem, Deparnay-Grunenberg Anna, Dobrev Klára, Doleschal Christian, Donato Francesca, Dorfmann Herbert, Dreosto Marco, Durá Ferrandis Estrella, Durand Pascal, Dzhambazki Angel, Engerer Cyrus, Eppink Derk Jan, Eroglu Engin, Ertug Ismail, Evi Eleonora, Evren Agnès, Farreng Laurence, Ferber Markus, Fernandes José Manuel, Fernández Jonás, Ferrandino Giuseppe, Ferrara Laura, Ferreira João, Fidanza Carlo, Fiocchi Pietro, Flego Valter, Fourlas Loucas, Fragkos Emmanouil, Frankowski Tomasz, Franssen Cindy, Franz Romeo, Freund Daniel, Fritzon Heléne, Gahler Michael, Gál Kinga, Gálvez Muñoz Lina, Gamon Claudia, García Del Blanco Ibán, García-Margallo y Marfil José Manuel, García Muñoz Isabel, Gardiazabal Rubial Eider, Garicano Luis, Geese Alexandra, Gemma Chiara, Georgiou Giorgos, Gheorghe Vlad, Giarrusso Dino, Glavak Sunčana, Goerens Charles, González Mónica Silvana, González Casares Nicolás, González Pons Esteban, Gozi Sandro, Grant Valentino, Griset Catherine, Gruffat Claude, Guillaume Sylvie, Gusmão José, Guteland Jytte, Gyöngyösi Márton, Győri Enikő, Hahn Svenja, Hahn Henrike, Hansen Christophe, Hautala Heidi, Hava Mircea-Gheorghe, Hayer Valérie, Heide Hannes, Herzberger-Fofana Pierrette, Hlaváček Martin, Hojsík Martin, Holmgren Pär, Homs Ginel Alicia, Hortefeux Brice, Hristov Ivo, Hübner Danuta Maria, Huhtasaari Laura, Huitema Jan, Ijabs Ivars, in 't Veld Sophia, Jakeliūnas Stasys, Jaki Patryk, Jamet France, Jongerius Agnes, Joron Virginie, Juknevičienė Rasa, Jurgiel Krzysztof, Jurzyca Eugen, Kaljurand Marina, Kammerevert Petra, Kanev Radan, Kanko Assita, Karlsbro Karin, Karski Karol, Kelleher Billy, Keller Fabienne, Kizilyürek Niyazi, Kloc Izabela-Helena, Knotek Ondřej, Kofod Peter, Kolakušić Mislav, Konečná Kateřina, Konstantinou Athanasios, Kopacz Ewa, Körner Moritz, Kountoura Elena, Kovařík Ondřej, Kovatchev Andrey, Krah Maximilian, Kruk Elżbieta, Kubilius Andrius, Kuhnke Alice, Kuhs Joachim, Kumpula-Natri Miapetra, Kuźmiuk Zbigniew, Kyuchyuk Ilhan, Lacapelle Jean-Lin, Lagodinsky Sergey, Lagos Ioannis, de Lange Esther, Larrouturou Pierre, Leitão-Marques Maria-Manuel, Lenaers Jeroen, Lewandowski Janusz, Liberadzki Bogusław, Loiseau Nathalie, Løkkegaard Morten, López Javi, López Aguilar Juan Fernando, López-Istúriz White Antonio, Luena César, Lundgren Peter, Lutgen Benoît, McAllister David, MacManus Chris, Madison Jaak, Maestre Martín De Almagro Cristina, Maldeikienė Aušra, Maldonado López Adriana, Manders Antonius, Mandl Lukas, Mariani Thierry, Marques Pedro, Martusciello Fulvio, Matias Marisa, Matić Predrag Fred, Matthieu Sara, Mavrides Costas, Maydell Eva, Mazurek Beata, Meimarakis Vangelis, Melbārde Dace, Melchior Karen, Mikser Sven, Milazzo Giuseppe, Millán Mon Francisco José, Miller Leszek, Mituța Alin, Molnár Csaba, Montserrat Dolors, Moreno Sánchez Javier, Moretti Alessandra, Motreanu Dan-Ştefan, Możdżanowska Andżelika Anna, Müller Ulrike, Mureşan Siegfried, Nagtegaal Caroline, Neumann Hannah, Neuser Norbert, Niebler Angelika, Niinistö Ville, Noichl Maria, Oetjen Jan-Christoph, Omarjee Younous, O'Sullivan Grace, Paet Urmas, Pagazaurtundúa Maite, Panza Alessandro, Papadakis Demetris, Pedicini Piernicola, Pelletier Anne-Sophie, Penkova Tsvetelina, Pereira Sandra, Pereira Lídia, Peter-Hansen Kira Marie, Picierno Pina, Picula Tonino, Pieper Markus, Pignedoli Sabrina, Pirbakas Maxette, de la Pisa Carrión Margarita, Pîslaru Dragoş, Pizarro Manuel, Polfjärd Jessica, Pollák Peter, Ponsatí Obiols Clara, Poręba Tomasz Piotr, Puigdemont i Casamajó Carles, Rafalska Elżbieta, Rangel Paulo, Regimenti Luisa, Regner Evelyn, Rego Sira, Reil Guido, Reintke Terry, Ressler Karlo, Riba i Giner Diana, Ries Frédérique, Rinaldi Antonio Maria, Ripa Manuela, Riquet Dominique, Rodríguez-Piñero Inma, Rodríguez Ramos María Soraya, Rónai Sándor, Rookmaker Dorien, Roos Robert, Ros Sempere Marcos, Ruiz Devesa Domènec, Rzońca Bogdan, Sagartz Christian, Salini Massimiliano, Sánchez Amor Nacho, Sander Anne, Sardone Silvia, Sassoli David Maria, Schaldemose Christel, Schieder Andreas, Schmiedtbauer Simone, Schwab Andreas, Seekatz Ralf, Semedo Monica, Sidl Günther, Silva Pereira Pedro, Šimečka Michal, Simon Sven, Sinčić Ivan Vilibor, Šojdrová Michaela, Sokol Tomislav, Solé Jordi, Solís Pérez Susana, Spyraki Maria, Ştefănuță Nicolae, Stegrud Jessica, Tarabella Marc, Tardino Annalisa, Terras Riho, Tinagli Irene, Tobiszowski Grzegorz, Tomac Eugen, Toom Yana, Torvalds Nils, Tóth Edina, Trócsányi László, Tudose Mihai, Urbán Crespo Miguel, Urtasun Ernest, Ušakovs Nils, Van Brempt Kathleen, Vandendriessche Tom, Vandenkendelaere Tom, Van Overtveldt Johan, Vautmans Hilde, Vedrenne Marie-Pierre, Verheyen Sabine, Verhofstadt Guy, Vincze Loránt, Voss Axel, Vozemberg-Vrionidi Elissavet, Vuolo Lucia, Waitz Thomas, Wallace Mick, Warborn Jörgen, Weimers Charlie, Weiss Pernille, Wieland Rainer, Wiesner Emma, Wiezik Michal, Winzig Angelika, Wiseler-Lima Isabel, Wiśniewska Jadwiga, Yoncheva Elena, Zacharopoulou Chrysoula, Zagorakis Theodoros, Zambelli Stefania, Zarzalejos Javier, Ždanoka Tatjana, Zdechovský Tomáš, Zimniok Bernhard, Złotowski Kosma, Zoido Álvarez Juan Ignacio, Zorrinho Carlos, Zovko Željana

Skużati:

Beňová Monika, Geuking Helmut, Skyttedal Sara

Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Ġunju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza