11. Atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 111(6) u Artikolu 112(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura) (azzjonijiet meħuda)
Il-President tfakkar li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitati ENVI, AGRI u ECON li ma jsirux oġġezzjonijiet għall-atti delegati u l-miżuri ta' implimentazzjoni tħabbru fil-plenarja tat-Tnejn 8 ta' Frar 2021 (punt 7 tal-Minuti tad-data 8.2.2021).
Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet fi żmien 24 siegħa kif stabbilit fl-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura.