Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar il-ftehimiet proviżorji ta':
Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni, il-governanza tal-prodotti u l-limiti ta' pożizzjoni għall-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 [COM(2020)0280 - C9-0210/2020 - 2020/0152(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Markus Ferber (A9-0208/2020);
Prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 fir-rigward tal-prospett ta' Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għal intermedjarji finanzjarji biex jgħinu l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 [COM(2020)0281 - C9-0206/2020 - 2020/0155(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Ondřej Kovařík (A9-0228/2020).
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:
Ir-regoli dwar l-użu tas-slots fl-ajruporti tal-Unjoni: eżenzjoni temporanja ***I [COM(2020)0818 - C9-0420/2020 - 2020/0358(COD)] - Kumitat TRAN;
Miżuri temporanji rigward il-validità ta' ċertifikati u liċenzji (Omnibus II) ***I [COM(2021)0025 - C9-0004/2021 - 2021/0012(COD)] - Kumitat TRAN;
Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna [2019/2202(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Michael Gahler (A9-0219/2020);
Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0108/2021.
25 sena wara d-Dikjarazzjoni ta' Beijing u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing: sfidi futuri għad-drittijiet tan-nisa Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0114/2021/REV.
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sad-21.15.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada il-Ħamis 11 ta' Frar 2021, 09.00.