18. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 fir-rigward tad-data tal-applikazzjoni ta' wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu (C(2021)00155 - 2021/2520(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-gruppi ta' operaturi (C(2021)00166 - 2021/2522(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali fis-sena 2021 (C(2021)00188 - 2021/2517(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 19 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda mal-formula tat-trabi u mal-formula tal-prosegwiment, mal-ikel tat-trabi u mal-ikel proċessat biċ-ċereali (C(2021)00192 - 2021/2521(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 20 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi għall-verifiki tal-kontijiet dokumentarji fil-qafas tal-kontrolli uffiċjali fil-produzzjoni organika u l-kontrolli uffiċjali tal-gruppi ta' operaturi (C(2021)00254 - 2021/2525(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 21 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura għall-penali imposti fuq kontropartijiet ċentrali ta' pajjiżi terzi jew partijiet terzi relatati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (C(2021)00331 - 2021/2529(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 26 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 667/2014 fir-rigward tal-kontenut tal-fajl li għandu jiġi ppreżentat mill-uffiċjal tal-investigazzjoni lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, id-dritt ta' smigħ fir-rigward ta' deċiżjonijiet interim u d-depożiti ta' multi u pagamenti perjodiċi ta' penali (C(2021)00339 - 2021/2528(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 26 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/592 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri marbuta magħha (C(2021)00368 - 2021/2531(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 28 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/884 li jidderoga, fir-rigward tas-sena 2020, mir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, u mir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 fir-rigward tas-settur tal-inbid b'rabta mal-pandemija tal-COVID-19, u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 (C(2021)00371 - 2021/2530(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 27 ta' Jannar 2021
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 1 ta' Frar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ġbir tad-data dwar il-volum tal-bejgħ u dwar l-użu ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi fl-annimali (C(2021)00435 - 2021/2532(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 29 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda l-kontenut u l-format tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikoli 112(4) u 115(5) u li trid tiddaħħal fid-dokument ta' identifikazzjoni permanenti uniku msemmi fl-Artikolu 8(4) ta' dak ir-Regolament (C(2021)00436 - 2021/2533(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 29 ta' Jannar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku u xjentifiku, jemenda l-Parti 1 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (C(2021)00441 - 2021/2547(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 3 ta' Frar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-għadd u t-titli tal-varjabbli għas-sett tad-data fid-dominju tal-edukazzjoni u t-taħriġ (C(2021)00511 - 2021/2550(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 4 ta' Frar 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL
Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi rata massima unika għat-terminazzjoni ta' telefonati bil-mobile madwar l-Unjoni u rata massima unika għat-terminazzjoni ta' telefonati fissi madwar l-Unjoni C(2020)08703 - 2020/2937(DEA)
Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 18 ta' Diċembru 2020
Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn addizzjonali fuq talba tal-Parlament
irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE
opinjoni: IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)