19. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġi inkluż tip ġdid ta' fertilizzanti tal-KE fl-Anness I (D069006/03 - 2021/2536(RPS) - skadenza: 2 ta' Mejju 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO opinjoni: ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), AGRI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura);
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) fi granuli jew mulches użati bħala materjal ta' mili fil-grounds tat-turf sintetiku jew fil-forma sfuża fil-grounds tal-logħob jew fl-applikazzjonijiet tal-isport (D070105/02 - 2021/2518(RPS) - skadenza: 19 ta' April 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura);
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi l-Anness II u jemenda l-Annessi III, IV u VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (D071191/01 - 2021/2526(RPS) - skadenza: 25 ta' April 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;
- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri ta' limitu speċifiċi għall-anilina f'ċerti ġugarelli (D071420/01 - 2021/2527(RPS) - skadenza: 25 ta' April 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO.