- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tat-terminu tad-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità għall-ispeċijiet tal-ispraġ, u għall-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin (COM(2021)0036 - C9-0010/2021 - 2021/0019(COD))
F'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President ikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
AGRI
opinjoni :
JURI
- Regolament tal-Kunsill li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) .../…+ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-programm "Pericles IV") (13255/2020 - C9-0017/2021 - 2018/0219(APP))
irriferut
responsabbli :
LIBE
- Regolament tal-Kunsill dwar il-kalkolu tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex titqiegħed għad-dispożizzjoni dik ir-riżorsa proprja, fuq il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, u fuq ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq id dħul nazzjonali gross (13142/2020 - C9-0018/2021 - 2018/0131(NLE))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
CONT, ENVI
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi (COM(2020)0829 - C9-0421/2020 - 2020/0365(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mal-Artikolu 307 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-President ikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
ECON, ITRE, IMCO, TRAN
2) mill-Membri
- Mazaly Aguilar, Jorge Buxadé Villalba, Hermann Tertsch u Margarita de la Pisa Carrión. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-fastidju ta' partiti politiċi demokratiċi fi Spanja (B9-0051/2021)
irriferut
responsabbli :
LIBE
- Anna Bonfrisco. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar ir-rekwiżit, fl-istatuti tal-kumpaniji elenkati fl-Unjoni u fl-intrapriżi kkontrollati mill-Istat, li jiġi żgurat li jkun hemm bilanċ bejn il-ġeneri u trattament ugwali fil-korpi amministrattivi u superviżorji (B9-0053/2021)
irriferut
responsabbli :
FEMM
- Thierry Mariani. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-sanzjonijiet Ewropej fil-konfront tal-Kambodja (B9-0089/2021)
irriferut
responsabbli :
AFET
opinjoni :
INTA
- Gianna Gancia. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-introduzzjoni ta' applikazzjoni konġunta min-naħa ta' żewġ Stati Membri jew aktar fil-qafas tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (B9-0103/2021)
irriferut
responsabbli :
REGI
- Aurélia Beigneux, Marco Campomenosi, Emmanouil Fragkos, Jean-Paul Garraud, Elżbieta Kruk, Jean-Lin Lacapelle, Julie Lechanteux, Thierry Mariani, André Rougé u Hermann Tertsch. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-titjib fl-identifikazzjoni u t-trażżin tal-pedopornografija (B9-0451/2020)