Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Mara, li kien segwit mit-trażmissjoni ta' messaġġi minn Jacinda Ardern (Prim Ministru tan-New Zealand) u Kamala Harris (Viċi President tal-Istati Uniti).
Ursula von der Leyen (President tal-Kummissjoni) ukoll għamlet dikjarazzjoni dwar l-istess suġġett.
⁂
Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-assassinju ta' Luca Attanasio, l-ambaxxatur Taljan fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-aġent tal-pulizija Vittorio Iacovacci u x-xufier Moustapha Milambo, nhar it-22 ta' Frar 2021 waqt vjaġġ organizzat mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti fl-inħawi fit-Tramuntana ta' Goma, fil-Lvant tal-pajjiż.
Il-President fakkar li fl-aġenda tal-Ħamis 11 ta' Marzu 2021 kien iddaħħal dibattitu dwar dan il-każ urġenti, u ppreżenta l-kondoljanzi tal-Parlament lill-familjari tal-vittmi u lill-qraba tagħhom.
Il-Parlament osserva minuta ta' silenzju b'tifkira tal-vittmi kollha tal-vjolenza.