Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 6k
Il-Ħamis, 11 ta' Marzu 2021 - Brussell

22. Tressiq ta' dokumenti

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) minn istituzzjonijiet oħra

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tisħiħ tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta' trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta' infurzar (COM(2021)0093 - C9-0089/2021 - 2021/0050(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut lill-kumitat responsabbli: FEMM
opinjoni: EMPL

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali fuq l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu esportati minn pajjiżi terzi fl-Unjoni biex tiġi żgurata l-konformità mal-projbizzjoni ta' ċerti użi ta' antimikrobiċi (COM(2021)0108 - C9-0094/2021 - 2021/0055(COD))
F'konformità mal-Artikolu 145(1) u l-Artikolu 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta..
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI

2) mill-Membri

- Gianantonio Da Re. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri maħsuba għall-ħarsien u għall-użu sostenibbli tal-ħamrija biex jitrawmu l-irkupru ekonomiku u r-riġenerazzjoni urbana (B9-0096/2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Gerolf Annemans, Annika Bruna, Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Susanna Ceccardi, Filip De Man, Francesca Donato, Nicolaus Fest, Roman Haider, Virginie Joron, Gilles Lebreton, Elena Lizzi, Jaak Madison u Tom Vandendriessche. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar is-salvagwardja tad-dibattitu demokratiku ħieles fuq il-midja soċjali (B9-0099/2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
opinjoni: AFET, ECON

- Julie Lechanteux. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-GAFAM u l-prinċipju tan-newtralità politika (B9-0100/2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
opinjoni: AFET

- Dominique Bilde. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-persekuzzjoni tal-Insara fid-dinja (B9-0101/2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: AFET

- Catherine Griset. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar ir-restawr tas-sit ta' Palmira (B9-0102/2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: CULT

- Mara Bizzotto. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-bżonn ta' impenn akbar min-naħa tal-UE kontra l-kristjanofobija (B9-0106/2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: AFET
opinjoni: INTA

- Christine Anderson, Roman Haider u Harald Vilimsky. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar projbizzjoni fuq l-interferenza minn kumpaniji kbar tat-teknoloġija fil-kultura tad-dibattiti parlamentari (B9-0112/2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
opinjoni: JURI

- Matteo Adinolfi, Alessandra Basso, Mara Bizzotto, Anna Bonfrisco, Marco Campomenosi, Susanna Ceccardi, Rosanna Conte, Gianantonio Da Re, Francesca Donato, Marco Dreosto, Elena Lizzi, Alessandro Panza, Luisa Regimenti, Antonio Maria Rinaldi, Silvia Sardone, Vincenzo Sofo, Isabella Tovaglieri, Lucia Vuolo u Stefania Zambelli. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-proposta biex jiġi stabbilit "Jum it-Tifkira" fil-livell Ewropew għall-kommemorazzjoni tal-vittmi tal-massakru tal-foibe (B9-0150/2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE

- Virginie Joron. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar miżuri kontra l-pjattaformi diġitali li jistgħu jxekklu l-libertà tal-espressjoni tal-mexxejja politiċi fl-Ewropa (B9-0155/2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
opinjoni: AFET, ITRE

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Novembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza