Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 11 ta' Marzu 2021 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.07.
3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Il-President għamel dikjarazzjoni dwar is-sanzjonijiet imposti miċ-Ċina fuq ħames Membri tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament. Hu ddikjara li dawn is-sanzjonijiet huma tweġiba inaċċettabbli għat-tħassib leġittimu tal-istituzzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem. Huwa assigura l-appoġġ tiegħu lill-ħames Membri inkwistjoni kif ukoll lill-korpi tal-Unjoni Ewropea li ġew inġustament akkużati u jafferma mill-ġdid li l-Parlament se jkompli jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.
Interventi ta': Reinhard Bütikofer (President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina) u Maria Arena (President tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem).
⁂
Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tal-mitejn anniversarju, għada, 25 ta' Marzu 2021, tal-bidu tar-rivoluzzjoni indipendista li wasslet għat-twaqqif ta' Stat sovran Grieg fl-1830.
⁂
Il-President għamel dikjarazzjoni fl-okkażjoni tal-anniversarju tad-deportazzjonijiet tal-massa tal-Baltiċi lejn is-Siberja tal-25 ta' Marzu 1949.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
Il-Minuti tas-seduti tad-dati 8, 9, 10 u 11 ta' Marzu 2021 ġew approvati.
5. Talba għall-ħarsien tal-immunità
Guy Verhofstadt ressaq talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet tiegħu fil-qafas ta' proċediment kriminali quddiem it-Tribunal ta’ Trento.
Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba ġiet irriferuta lill-kumitat responsabbli, jiġifieri lill-Kumitat JURI.
6. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
Radka Maxová ma baqgħetx membru tal-Grupp Renew u ngħaqdet mal-Grupp S&D b'effett li jiddekorri mid-data 24 ta' Marzu 2021.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva mill-gruppi PPE, Renew u ECR id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Kumitat AFET: Andrzej Halicki
Kumitat INTA: Juan Ignacio Zoido Álvarez
Kumitat CONT: Michal Wiezik, Vincenzo Sofo minflok Raffaele Fitto
Kumitat ECON: Fulvio Martusciello
Kumitat EMPL: Samira Rafaela minflok Radka Maxová, Christian Sagartz u Daniel Caspary
Kumitat ENVI: Maria Spyraki
Kumitat ITRE: Massimiliano Salini
Kumitat TRAN: Henna Virkkunen
Kumitat REGI: Dan-Ştefan Motreanu
Kumitat PECH: Maria da Graça Carvalho minflok Cláudia Monteiro de Aguiar
Kumitat CULT: Maria Walsh
Kumitat JURI: Pascal Arimont
Kumitat LIBE: Elissavet Vozemberg-Vrionidi u Sara Skyttedal
Kumitat AFCO: Sven Simon
Kumitat FEMM: Maria da Graça Carvalho
Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Protezzjoni tal-Annimali waqt it-Trasport: Asim Ademov
Kumitat Speċjali għall-Intelliġenza Artifiċjali f'Era Diġitali: Karlo Ressler
Sottokumitat DROI: Janina Ochojska
Sottokumitat SEDE: Gheorghe-Vlad Nistor
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' Iżrael: Anna-Michelle Asimakopoulou
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Maghreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi, inklużi l-Kumitati Parlamentari Konġunti UE-Marokk, UE-Tuneżija u UE-Alġerija: Juan Ignacio Zoido Álvarez
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija: Antonio López-Istúriz White
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u mal-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): Herbert Dorfmann u Sven Schulze
Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja: Agnès Evren
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Serbja: Eugen Tomac
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana: Gabriel Mato
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: Daniel Caspary
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
8. Atti delegati (Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Skont l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati informa lill-President tal-Parlament li l-ebda oġġezzjoni ma tqajmet fir-rigward ta':
- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat AGRI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar in-nuqqas ta' konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-kalkolu tal-livell ta' penali amministrattivi fir-rigward tal-annimali ddikjarati skont l-iskemi ta' għajnuna għall-annimali jew il-miżuri ta' appoġġ relatati mal-annimali (C(2021)0993 - 2021/2566(DEA)) (B9-0209/2021).
Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx fi żmien 24 siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, din ir-rakkomandazzjoni għandha titqies bħala approvata. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-rakkomandazzjoni titressaq għal votazzjoni.
9. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari
Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 63(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 – Adottata mill-Kunsill fis-16 ta' Marzu 2021 (05330/1/2021 - COM(2021)0149 - C9-0108/2021 - 2018/0211(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: CONT;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 - Adottata mill-Kunsill fis-16 ta' Marzu 2021 (06789/1/2020 - COM(2021)0146 - C9-0109/2021 - 2018/0227(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni dwar il-Klima (LIFE), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 - Adottata mill-Kunsill fis-16 ta' Marzu 2021 (06077/1/2020 - COM(2021)0128 - C9-0110/2021 - 2018/0209(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 - Adottata mill-Kunsill fis-16 ta' Marzu 2021 (07064/2/2020 - COM(2021)0133 - C9-0111/2021 - 2018/0224(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 - Adottata fis-16 ta' Marzu 2021 (06748/1/2020 - COM(2021)0143 - C9-0112/2021 - 2018/0254(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online - Adottata mill-Kunsill fis-16 ta' Marzu 2021 (14308/1/2020 - COM(2021)0123 - C9-0113/2021 - 2018/0331(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE.
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjonijiet tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 25 ta' Marzu 2021.
10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, illum se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-"Programm l-UE għas-Saħħa") għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (00069/2020/LEX - C9-0107/2021 - 2020/0102(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (00074/2020/LEX - C9-0106/2021 - 2020/0108(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/17/KE u 2005/834/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post u tal-ekwivalenza tal-kontrolli fuq il-prattiki għaż-żamma tal-varjetajiet ta' speċijiet ta' pjanti agrikoli mwettqa fir-Renju Unit (00004/2021/LEX - C9-0102/2021 - 2020/0379(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-ekwivalenza ta' materjal riproduttiv tal-foresti prodott fir-Renju Unit (00003/2021/LEX - C9-0101/2021 - 2020/0378(COD));
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (00056/2020/LEX - C9-0099/2021 - 2020/0029(COD)).
11. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2021)0085 - C9-0085/2021 - 2021/0045(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
IMCO, JURI (Artikolu 110 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta' ġestjoni, ta' konservazzjoni u ta' kontroll li japplikaw fiż-Żona ta' Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (COM(2021)0113 - C9-0095/2021 - 2021/0058(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
PECH
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet dwar il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (10637/2020 - C9-0097/2021 - 2020/0233(NLE))
irriferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
ITRE, AGRI, PECH
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (riformulazzjoni) (COM(2021)0115 - C9-0098/2021 - 2021/0060(COD))
irriferut
responsabbli :
INTA
opinjoni :
JURI (Artikolu 110 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) (COM(2021)0140 - C9-0100/2021 - 2021/0071(COD))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
ENVI, TRAN
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Diġitali Aħdar) (COM(2021)0130 - C9-0104/2021 - 2021/0068(COD))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
ENVI, ITRE, TRAN
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iskema tad-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi u li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE (COM(2021)0095 - C9-0105/2021 - 2021/0051(CNS))
irriferut
responsabbli :
REGI
- Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (N9-0005/2021 - C9-0114/2021 - 2021/0900(NLE))
irriferut
responsabbli :
ECON
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi tal-Unjoni (12669/2019 - C9-0115/2021 - 2019/0164(NLE))
irriferut
responsabbli :
AFET
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde li jemenda l-Ftehim dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea (05034/2021 - C9-0116/2021 - 2020/0319(NLE))
irriferut
responsabbli :
LIBE
opinjoni :
AFET
- Ftehim bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju (2020/2272(ACI))
irriferut
responsabbli :
AFCO
2) mill-kumitati parlamentari
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE, rigward l-akkwist pubbliku fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà, u tad-Direttiva 2009/43/KE, rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża (2019/2204(INI)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Andreas Schwab (A9-0025/2021)
- Rapport dwar strateġija Ewropea għad-data (2020/2217(INI)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Miapetra Kumpula-Natri (A9-0027/2021)
- Rapport dwar ir-rapport ta' implimentazzjoni dwar l-aspetti tas-sikurezza fit-toroq tal-Pakkett dwar l-Affidabbiltà Stradali (2019/2205(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Benoît Lutgen (A9-0028/2021)
- Rapport dwar miżuri tekniċi u operattivi għal trasport marittimu aktar effiċjenti u aktar nadif (2019/2193(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Karima Delli (A9-0029/2021)
- Rapport dwar l-impatt tal-iskart fil-baħar fuq is-sajd (2019/2160(INI)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Catherine Chabaud (A9-0030/2021)
- Rapport dwar ir-Rapporti tal-Kummissjoni 2019–2020 dwar il-Kosovo (2019/2172(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Viola Von Cramon-Taubadel (A9-0031/2021)
- Rapport dwar ir-rapporti tal-Kummissjoni 2019-2020 dwar is-Serbja (2019/2175(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Vladimír Bilčík (A9-0032/2021)
- Rapport dwar l-istabbiliment ta' strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli (2020/2038(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Cláudia Monteiro de Aguiar (A9-0033/2021)
- Rapport dwar il-politika ta' koeżjoni u l-istrateġiji ambjentali reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima (2020/2074(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Tonino Picula (A9-0034/2021)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali: id-Direttiva 2004/107/KE u d-Direttiva 2008/50/KE (2020/2091(INI)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Javi López (A9-0037/2021)
- Rapport dwar ir-Rapporti tal-Kummissjoni 2019-2020 dwar il-Maċedonja ta' Fuq (2019/2174(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Ilhan Kyuchyuk (A9-0040/2021)
- Rapport dwar ir-Rapporti tal-Kummissjoni 2019-2020 dwar l-Albanija (2019/2170(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Isabel Santos (A9-0041/2021)
- Rapport dwar it-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali (2020/2135(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Victor Negrescu (A9-0042/2021)
- Rapport dwar it-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro (2020/2037(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A9-0043/2021)
- Rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2022, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2020/2265(BUI)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Karlo Ressler (A9-0046/2021)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għas-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 (10045/2020 - C9-0024/2021 - 2018/0132(APP)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Valérie Hayer (A9-0047/2021)
- * Rapport dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill dwar il-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li mhuwiex riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dik ir-riżorsa proprja abbażi tal-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva u dwar ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (13142/2020 - C9-0018/2021 - 2018/0131(NLE)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Valérie Hayer (A9-0048/2021)
- * Rapport dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (COM(2018)0328 - C8-0204/2018 - 2018/0133(NLE)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Valérie Hayer (A9-0049/2021)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lívia Járóka (2020/2198(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Stéphane Séjourné (A9-0050/2021)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh (2020/2110(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Ibán García Del Blanco (A9-0051/2021)
12. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)
L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex is-sorbat tal-potassju jkun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tiegħu (C(2021)01513 - 2021/2597(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 10 ta' Marzu 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jinkludi d-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-propan, mill-butan jew minn taħlita tat-tnejn permezz tal-kombustjoni bħala sustanza attiva fl-Anness I tiegħu (C(2021)01516 - 2021/2598(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 10 ta' Marzu 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet (C(2021)01533 - 2021/2600(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 11 ta' Marzu 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/GAI fir-rigward tal-inklużjoni tas-sustanzi psikoattivi ġodda l-metil 3,3-dimetil-2-{[1-(pent-4-en-1-yl)-1H-indażolu-3-karbonil ]amino}butanoat (MDMB-4en-PINACA) u l-metil 2-{[1-(4-fluworobutil)-1H-indol-3-karbonil]amino}-3,3-dimetilbutanoat (4F-MDMB-BICA) fid-definizzjoni ta' "droga" (C(2021)01570 - 2021/2601(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) fir-rigward tal-lista predeterminata tal-gruppi ta' impjiegi użata fil-formola tal-applikazzjoni (C(2021)01574 - 2021/2602(DEA))
Terminu għall-oġġezzjonijiet: 2 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 ta' Marzu 2021
irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE
13. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi tar-residwi għal aċekinoċil, aċibenżolar-S-metil, Bacillus subtilis tar-razza IAB/BS03, emamektina, flonikamid, flutolanil, fosetil, imażamoks u oksatijapiprolin f'ċerti prodotti jew fuqhom (D063854/04 - 2021/2608(RPS) - skadenza: 19 ta' Mejju 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (D071308/02 - 2021/2595(RPS) - skadenza: 9 ta' Ġunju 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura);
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidi perfluworokarbossiliċi li fihom minn 9 sa 14-il atomu tal-karbonju fil-katina (C9-C14 PFCAs), l-imlieħ tagħhom u s-sustanzi relatati mas-C9-C14 PFCAs (D071310/03 - 2021/2603(RPS) - skadenza: 12 ta' Ġunju 2021) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura).
14. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Ottubru I 2020, Ottubru II 2020 u Jannar 2021 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.
15. Applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-Istat tad-Dritt (mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa)
Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Gunnar Beck, Nicolaus Fest, Nicolas Bay u Jaak Madison f'isem il-Grupp ID, dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-istat tad-dritt (2021/2582(RSP)) (B9-0206/2021);
- Bogdan Rzońca, Ryszard Czarnecki, Jadwiga Wiśniewska, Zbigniew Kuźmiuk, Ryszard Antoni Legutko, Raffaele Fitto, Adam Bielan, Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Angel Dzhambazki, Carlo Fidanza, Anna Fotyga, Krzysztof Jurgiel, Karol Karski, Izabela-Helena Kloc, Joanna Kopcińska, Zdzisław Krasnodębski, Elżbieta Kruk, Beata Mazurek, Andżelika Anna Możdżanowska, Tomasz Piotr Poręba, Nicola Procaccini, Elżbieta Rafalska, Jacek Saryusz-Wolski, Beata Szydło, Dominik Tarczyński, Grzegorz Tobiszowski, Valdemar Tomaševski, Witold Jan Waszczykowski u Kosma Złotowski, f'isem il-Grupp ECR, dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-Istat tad-Dritt (2021/2582(RSP)) (B9-0207/2021);
- Petri Sarvamaa, f'isem il-Grupp PPE, Eider Gardiazabal Rubial, f'isem il-Grupp S&D, Katalin Cseh u Moritz Körner, f'isem il-Grupp Renew, Terry Reintke u Daniel Freund, f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Younous Omarjee, f'isem il-Grupp The Left, dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-Istat tad-Dritt (2021/2582(RSP)) (B9-0208/2021).
L-abbozz ta' aġenda finali tas-seduti plenarji ta' Marzu II 2021 (PE 690.461/PDOJ) tqassam.
Il-President għarraf li kien irċieva mingħand il-Kummissjoni żewġ talbiet għal proċedura ta' urġenza (Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura) dwar il-fajls leġiżlattivi li ġejjin:
- Ċertifikat Aħdar Diġitali - Ċittadini tal-Unjoni (point 88 du PDOJ);
- Ċertifikat Aħdar Diġitali - ċittadini ta' pajjiżi terzi (point 89 du PDOJ).
Dawn it-talbiet ser jittieħed vot dwarhom waqt l-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet ta' għada.
L-interventi skont l-Artikolu163(3) tar-Regoli ta’ Proċedura se jsiru għada fid-9.00 wara li jitħabbru r-riżultati tal-votazzjonijiet. It-talbiet għal intervent iridu jiġu nnotifikati lill-President siegħa bil-quddiem.
Il-votazzjonijiet se jitqassmu fuq is-sessjonijiet ta’ votazzjoni differenti skont l-għadd ta’ emendi u l-għadd ta’ talbiet għal votazzjonijiet maqsuma u għal votazzjonijiet separati. L-informazzjoni dwar id-distribuzzjoni tal-votazzjonijiet fuq is-sessjonijiet ta’ votazzjoni differenti se tkun disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament taħt l-intestatura “Informazzjoni u dokumenti prijoritarji”.
Ma ġie propost l-ebda tibdil għall-abbozz finali tal-aġenda.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
17. Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Marzu 2021 - Ċertifikat Aħdar Diġitali (dibattitu)
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Tħejjija tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Marzu 2021 (2021/2585(RSP))
Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Ċertifikat Aħdar Diġitali (2021/2609(RSP))
Ana Paula Zacarias (President fil-kariga tal-Kunsill) u Maroš Šefčovič (Viċi President tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Iratxe García Pérez f'isem il-Grupp S&D, Katalin Cseh f'isem il-Grupp Renew, Nicolas Bay f'isem il-Grupp ID, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Raffaele Fitto f'isem il-Grupp ECR, Martin Schirdewan, f'isem il-Grupp The Left, u Edina Tóth Membru mhux affiljata.
PRESIDENZA: Roberta METSOLA Viċi President
Interventi ta': Esther de Lange, Heléne Fritzon, Dita Charanzová, Marco Campomenosi, Jordi Solé, Roberts Zīle, Özlem Demirel, Tiziana Beghin, Siegfried Mureşan, Carlos Zorrinho, Luis Garicano, Gunnar Beck, Reinhard Bütikofer, Peter Lundgren, Isabella Adinolfi, Dolors Montserrat, Javier Moreno Sánchez, Sophia in 't Veld, Jaak Madison, Tineke Strik, Anna Fotyga, Carles Puigdemont i Casamajó u Bernd Lange.
Intervent ta': Ana Paula Zacarias.
Interventi ta': José Ramón Bauzá Díaz, Annalisa Tardino, Tilly Metz, Nicola Procaccini, François-Xavier Bellamy, Birgit Sippel, María Soraya Rodríguez Ramos, Ernest Urtasun, Jorge Buxadé Villalba, Paulo Rangel, Juan Fernando López Aguilar, Jeroen Lenaers, István Ujhelyi, Stelios Kympouropoulos, Paul Tang, Maria Spyraki u Nikos Androulakis.
Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea *** - Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-Iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat u ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING * - Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (tal-KEE, u l-Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir mir-riżorsi nfushom li jidħol mit-taxxa fuq il-valur miżjud * (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għas-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 [10045/2020 - C9-0024/2021 - 2018/0132(APP)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Valérie Hayer (A9-0047/2021)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li mhuwiex riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dik ir-riżorsa proprja, dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, u dwar ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross [13142/2020 - C9-0018/2021 - 2018/0131(NLE)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Valérie Hayer (A9-0048/2021)
Rapport dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud [COM(2018)0328 - C8-0204/2018 - 2018/0133(NLE)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Valérie Hayer (A9-0049/2021)
José Manuel Fernandes u Valérie Hayer ippreżentaw ir-rakkomandazzjoni u r-rapporti.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Siegfried Mureşan f'isem il-Grupp PPE, Elisabetta Gualmini f'isem il-Grupp S&D, Luis Garicano f'isem il-Grupp Renew, Hélène Laporte f'isem il-Grupp ID, David Cormand f'isem il-Grupp Verts/ALE, Johan Van Overtveldt f'isem il-Grupp ECR, u Dimitrios Papadimoulis, f'isem il-Grupp The Left, Lefteris Nikolaou-Alavanos Membru mhux affiljat, Geoffroy Didier, Margarida Marques, Sandro Gozi, Nicolaus Fest, Sara Matthieu, Zbigniew Kuźmiuk, Younous Omarjee, Antoni Comín i Oliveres, Vangelis Meimarakis, Nils Ušakovs, Charles Goerens, Peter Kofod, Rasmus Andresen, Dorien Rookmaker, Lefteris Christoforou, Jens Geier u Massimiliano Salini.
19. Qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 ***I - Emenda tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' aġġustamenti għall-qafas ta' titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b'reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2402 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 [COM(2020)0282 - C9-0207/2020 - 2020/0151(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Paul Tang (A9-0215/2020)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' aġġustamenti għall-qafas ta' titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 [COM(2020)0283 - C9-0208/2020 - 2020/0156(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Othmar Karas (A9-0213/2020)
Paul Tang u Markus Ferber (flok ir-rapporteur) ippreżentaw ir-rapport.
Interventi ta': Isabel Benjumea Benjumea f'isem il-Grupp PPE, Jonás Fernández f'isem il-Grupp S&D, Luis Garicano, f'isem il-Grupp Renew, France Jamet f'isem il-Grupp ID, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, Johan Van Overtveldt f'isem il-Grupp ECR, u Chris MacManus, f'isem il-Grupp The Left.
PRESIDENZA: Pedro SILVA PEREIRA Viċi President
Interventi ta': Enikő Győri Membru mhux affiljata, Lídia Pereira u Sunčana Glavak.
20. Linji gwida għall-Baġit 2022 - Taqsima III (dibattitu)
Rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-Baġit 2022, Taqsima III – il-Kummissjoni [2020/2265(BUI)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Karlo Ressler (A9-0046/2021)
Karlo Ressler ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Johannes Hahn (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Alex Agius Saliba (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat EMPL), Angelika Winzig (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Isabel García Muñoz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Pina Picierno (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Romeo Franz (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Jan Olbrycht f'isem il-Grupp PPE, Victor Negrescu f'isem il-Grupp S&D, Nicolae Ştefănuță f'isem il-Grupp Renew, Markus Buchheit f'isem il-Grupp ID, Henrike Hahn f'isem il-Grupp Verts/ALE, Bogdan Rzońca f'isem il-Grupp ECR, Dimitrios Papadimoulis, f'isem il-Grupp The Left, Lefteris Christoforou u Nils Ušakovs.
22. Implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali (dibattitu)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali: id-Direttiva 2004/107/KE u d-Direttiva 2008/50/KE [2020/2091(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Javi López (A9-0037/2021)
Interventi ta': Carlo Fidanza (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Pernille Weiss f'isem il-Grupp PPE, Jytte Guteland f'isem il-Grupp S&D, Frédérique Ries f'isem il-Grupp Renew, Sylvia Limmer f'isem il-Grupp ID, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anna Zalewska f'isem il-Grupp ECR, João Ferreira, f'isem il-Grupp The Left, Edina Tóth Membru mhux affiljata, u Gheorghe Falcă.
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lívia Járóka Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Lívia Járóka [2020/2198(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Stéphane Séjourné (A9-0050/2021);
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Francois Jalkh Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-François Jalkh [2020/2110(IMM)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Ibán García Del Blanco (A9-0051/2021)
Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni unika dwar:
Is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għas-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 608/2014 [10045/2020 - C9-0024/2021 - 2018/0132(APP)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Valérie Hayer (A9-0047/2021).
Il-Parlament ipproċeda għall-votazzjoni dwar il-proposti ta' ċaħda tal-proposti tal-Kummissjoni:
Qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2402 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata biex jgħin l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 [COM(2020)0282 - C9-0207/2020 - 2020/0151(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Paul Tang (A9-0215/2020);
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' aġġustamenti għall-qafas ta' titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b'reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' aġġustamenti għall-qafas ta' titolizzazzjoni bħala appoġġ għall-irkupru ekonomiku b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 [COM(2020)0283 - C9-0208/2020 - 2020/0156(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Othmar Karas (A9-0213/2020).
L-akkwist pubbliku fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà u t-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża: l-implimentazzjoni tad-Direttivi relevanti Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE, rigward l-akkwist pubbliku fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà, u tad-Direttiva 2009/43/KE, rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża [2019/2204(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Andreas Schwab (A9-0025/2021);
Applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092, il-mekkaniżmu ta' kondizzjonalità marbut mal-Istat tad-Dritt Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0208/2021;
Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-Iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat u ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING * Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik li mhuwiex riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dik ir-riżorsa proprja, dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, u dwar ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross [13142/2020 - C9-0018/2021 - 2018/0131(NLE)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Valérie Hayer (A9-0048/2021);
Il-ġbir mir-riżorsi nfushom li jidħol mit-taxxa fuq il-valur miżjud * Rapport dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud [COM(2018)0328 - C8-0204/2018 - 2018/0133(NLE)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteurs: José Manuel Fernandes u Valérie Hayer (A9-0049/2021);
Linji gwida għall-Baġit 2022 – Taqsima III Rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-Baġit 2022, Taqsima III – il-Kummissjoni [2020/2265(BUI)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Karlo Ressler (A9-0046/2021);
Implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali: id-Direttiva 2004/107/KE u d-Direttiva 2008/50/KE [2020/2091(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Javi López (A9-0037/2021).
Il-votazzjoni se tkun miftuħa sa22 h 15.
Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.
Ir-riżultati tal-votazzjonijiet se jitħabbru għada il-Ħamis 25 ta' Marzu 2021, 09.00.
24. Implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali (tkomplija tad-dibattitu)
Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali: id-Direttiva 2004/107/KE u d-Direttiva 2008/50/KE [2020/2091(INI)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Javi López (A9-0037/2021)
Rapport dwar Strateġija ġdida UE-Afrika – sħubija għal żvilupp sostenibbli u inklużiv [2020/2041(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp. Rapporteur: Chrysoula Zacharopoulou (A9-0017/2021)
Chrysoula Zacharopoulou ippreżentat ir-rapport.
Interventi ta': Anna Fotyga (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET) u Udo Bullmann (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA).
Interventi ta': Manuel Bompard (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Juan Fernando López Aguilar (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE), György Hölvényi f'isem il-Grupp PPE, Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D, Jan-Christoph Oetjen f'isem il-Grupp Renew, Bernhard Zimniok f'isem il-Grupp ID, Pierrette Herzberger-Fofana f'isem il-Grupp Verts/ALE, Beata Kempa f'isem il-Grupp ECR, Miguel Urbán Crespo, f'isem il-Grupp The Left, u Ádám Kósa Membru mhux affiljat.
PRESIDENZA: Heidi HAUTALA Viċi President
Interventi ta': Hildegard Bentele, Maria Arena, María Soraya Rodríguez Ramos, Dominique Bilde, Elżbieta Kruk, Marc Botenga, Gheorghe Falcă, Giuliano Pisapia, Barry Andrews, Jordan Bardella, Vincenzo Sofo, Peter van Dalen, Pierfrancesco Majorino, Francisco José Millán Mon u Seán Kelly.
Rapport dwar it-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali [2020/2135(INI)] - Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni. Rapporteur: Victor Negrescu (A9-0042/2021)
28. Strateġija tal-UE għal Turiżmu Sostenibbli (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-istabbiliment ta' Strateġija tal-UE għal Turiżmu Sostenibbli [2020/2038(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Cláudia Monteiro de Aguiar (A9-0033/2021)
Cláudia Monteiro de Aguiar għamlet il-preżentazzjoni.
29. It-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar it-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro [2020/2037(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A9-0043/2021)
30. Il-politika ta' koeżjoni u l-istrateġiji ambjentali reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar il-politika ta' koeżjoni u l-istrateġiji ambjentali reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima [2020/2074(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Tonino Picula (A9-0034/2021)
L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.
B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.
32. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.
Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.
Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.
33. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 690.461/OJJE).
Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.