Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 63(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva mingħand il-Kunsill il-pożizzjonijiet li ġejjin, flimkien mar-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill biex jadottahom, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar:
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 - Adottat mill-Kunsill fit-13 ta' April 2021 (14281/1/2020 - COM(2021)0218 - C9-0133/2021 - 2018/0231(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 - 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 - Adottata mill-Kunsill fit-13 ta' April 2021 (14146/1/2020 - COM(2021)0184 - C9-0134/2021 - 2018/0190(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: CULT;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 - Adottata mill-Kunsill fit-13 ta' April 2021 (14148/1/2020 - COM(2021)0187 - C9-0135/2021 - 2018/0191(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: CULT;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-'programm Pericles IV'), u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 - Adottata mill-Kunsill fit-13 ta' April 2021 (06164/1/2021 - COM(2021)0179 - C9-0137/2021 - 2018/0194(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 - Adottata mill-Kunsill fid-19 ta' April 2021 (06834/1/2020 - COM(2021)0214 - C9-0138/2021 - 2018/0208(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: JURI, LIBE;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 - Adottata mill-Kunsill fid-19 ta' April 2021 (05532/1/2021 - COM(2021)0196 - C9-0139/2021 - 2018/0202(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: EMPL;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE - Adottata mill-Kunsill fid-19 ta' April 2021 (14312/1/2020 - COM(2021)0208 - C9-0140/2021 - 2018/0236(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2018/1475 u (UE) Nru 375/2014 - Adottata mill-Kunsill fl-20 ta' April 2021 (14153/1/2020 - COM(2021)0210 - C9-0143/2021 - 2018/0230(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: CULT;
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 – Adottata mill-Kunsill fid-19 ta' April 2021 (06833/1/2020 - COM(2021)0216 - C9-0144/2021 - 2018/0207(COD)) irriferut lill-kumitat responsabbli: LIBE.
Il-perjodu ta' tliet xhur għad-dispożizzjoni tal-Parlament sabiex jadotta l-pożizzjonijiet tiegħu jiddekorri għalhekk minn għada, 27 ta' April 2021.
⁂
Il-President għarraf li r-rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari dwar il-fajls li ġejjin se jiddaħħlu fl-aġenda ta' din is-sessjoni, bil-kundizzjoni li jiġu approvati mill-Kumitati kompetenti rispettivi:
- ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) 2021-2027 (2018/0202(COD));
- ir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri 2021-2027 (2018/0207(COD));
- ir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm Ġustizzja 2021-2027 (2018/0208(COD));
- ir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm spazjali tal-Unjoni u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (2018/0236(COD));
- ir-Rregolament li jistabbilixxi l-Programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm għas-Suq Uniku) 2021-2027 (2018/0231(COD)).