Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 1k
It-Tnejn, 26 ta' April 2021 - Brussell

11. Atti delegati (Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

B'konformità mal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni kontra:

- ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ENVI li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2008 li jikkonċerna l-eżami ta' varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (C(2021)01603 - 2021/2616(DEA)) (B9-0226/2021).

Jekk ma titressaq l-ebda oġġezzjoni minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx fi żmien 24 siegħa wara t-tħabbir fil-plenarja, din ir-rakkomandazzjoni għandha titqies bħala approvata. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-rakkomandazzjoni titressaq għal votazzjoni.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza