12. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjoni tal-Kumitat EMPL li jidħol f'negozjati interistituzzjonali f'konformità mal-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapport li ġej:
- Kumitat EMPL: proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2020)0571 – C9-0301/2020 – 2020/0262(COD)) – Rapporteur: Rapporteure: Stefania Zambelli (A9-0114/2021).
F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada t-Tlieta 27 ta' April 2021, li d-deċiżjoni għal dħul f'negozjati jittieħed vot fuqha.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.