16. Pożizzjonijiet tal-Kunsill fl-ewwel qari (azzjonijiet meħuda)
Il-President għarrfet li ma kienet tressqet l-ebda proposta għal ċaħda u ma tressqet l-ebda emenda skont l-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura dwar il-pożizzjonijiet fl-ewwel qari tal-Kunsill li ġejjin (punt 9 tal-Minuti tad-data 26.4.2021):
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għall-ħaddiema ssensjati u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru°1309/2013 – Adottata mill-Kunsill fid-19 ta' April 2021 (05532/1/2021 - COM(2021)0196 - C9-0139/2021 – 2018/0202(COD)) (débat: punt 9 tal-Minuti tad-data 27.4.2021);
- Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 - Adottata mill-Kunsill fid-19 ta' April 2021 (06833/1/2020 - COM(2021)0216 - C9-0144/2021 – 2018/0207(COD)) (débat: punt 12 tal-Minuti tad-data 27.4.2021);