Rakkomandazzjoni għat-Tieni Qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014 u (UE) Nru 652/2014 [14281/1/2020 - C9-0133/2021 - 2018/0231(COD)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Brando Benifei (A9-0142/2021)
Brando Benifei ppreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari
Interventi ta': Andreas Schwab f'isem il-Grupp PPE, Patrizia Toia f'isem il-Grupp S&D, Sandro Gozi f'isem il-Grupp Renew, Marco Campomenosi f'isem il-Grupp ID, Eugen Jurzyca f'isem il-Grupp ECR, Miroslav Radačovský Membru mhux affiljat, Ivan Štefanec, Alex Agius Saliba, Andżelika Anna Możdżanowska, Antonius Manders, Maria Grapini, Leszek Miller u Maria-Manuel Leitão-Marques.
Intervent ta': Thierry Breton.
Id-dibattitu ngħalaq.
Il-President għarraf li l-ebda proposta għal ċaħda u l-ebda emenda ma tressqu skont l-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14281/1/2020 - C9-0133/2021 - 2018/0231(COD)).
Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.