Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 9k
L-Erbgħa, 28 ta' April 2021 - Brussell

6. L-ewwel sessjoni ta' votazzjonijiet
CRE

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi rigward:

Ċertifikat Aħdar Diġitali - Ċittadini tal-Unjoni ***I
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali) [COM(2021)0130 - C9-0104/2021- 2021/0068(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar ;

Ċertifikat Aħdar Diġitali - ċittadini ta' pajjiżi terzi ***I
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati interoperabbli dwar il-vaċċinazzjoni, l-ittestjar u l-irkupru għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Ċertifikat Aħdar Diġitali)
[COM(2021)0140 - C9-0100/2021 - 2021/0071(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar ;

It-tassazzjoni diġitali: in-negozjati tal-OECD, ir-residenza tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali u l-eventwalità ta' Taxxa Diġitali Ewropea
Rapport dwar it-tassazzjoni diġitali: in-negozjati tal-OECD, ir-residenza tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali u l-eventwalità ta' Taxxa Diġitali Ewropea [2021/2010(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteurs: Andreas Schwab u Martin Hlaváček (A9-0103/2021);

L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa skont l-Artikolu 132(2) tar-regoli ta' Proċedura minn Vladimír Bilčík, f'isem il-Grupp PPE, Katarina Barley, f'isem il-Grupp S&D, Fabienne Keller, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Moritz Körner, Yana Toom, Jan-Christoph Oetjen, Olivier Chastel, Hilde Vautmans, Maite Pagazaurtundúa, Malik Azmani, Sophia in ’t Veld u Dragoş Tudorache, Nicolaus Fest, f'isem il-Grupp ID, Gwendoline Delbos-Corfield, Sven Giegold, Saskia Bricmont, Alice Kuhnke, Sylwia Spurek, Rosa D’Amato, Francisco Guerreiro, Viola Von Cramon-Taubadel, Heidi Hautala, Daniel Freund, Ignazio Corrao u Tineke Strik, f'isem il-Grupp Verts/ALE, Patryk Jaki, f'isem il-Grupp ECR, Konstantinos Arvanitis, f'isem il-Grupp The Left, Laura Ferrara u Sabrina Pignedoli, dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u l-istat tad-dritt f'Malta (2021/2611(RSP)) (B9-0219/2021)
Id-dibattitu sar fid-data 25 ta' Marzu 2021 (punt 11 tal-Minuti tad-data 25.3.2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni dwar it-tieni sensiela ta' emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni dwar il-kwittanza:

Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Parlament Ewropew
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew [COM(2020)0288 - C9-0221/2020 - 2020/2141(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Petri Sarvamaa (A9-0044/2021);

Kwittanza 2019: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew
Rapport dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill [COM(2020)0288 - C9-0222/2020 - 2020/2142(DEC)] - Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit. Rapporteur: Pascal Durand (A9-0056/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali rigward:

Pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran ***I
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107 u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 [COM(2019)0619 - C9-0188/2019 - 2019/0272(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Giuseppe Ferrandino (A9-0149/2020).

Protezzjoni tal-ħamrija
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0221/2021.

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sas-14.15.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 19.00 (punt 13 tal-Minuti tad-data 27.4.2021)

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Lulju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza