Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online [14308/1/2020 - C9-0113/2021 - 2018/0331(COD)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Patryk Jaki (A9-0133/2021)
Patryk Jaki ppreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Intervent ta': Ylva Johansson (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Javier Zarzalejos f'isem il-Grupp PPE, Marina Kaljurand f'isem il-Grupp S&D, Maite Pagazaurtundúa f'isem il-Grupp Renew, Nicolaus Fest f'isem il-Grupp ID, Marcel Kolaja f'isem il-Grupp Verts/ALE, Joachim Stanisław Brudziński f'isem il-Grupp ECR, Balázs Hidvéghi Membru mhux affiljat, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Fabienne Keller, Gilles Lebreton, Gwendoline Delbos-Corfield, Mislav Kolakušić, Geoffroy Didier u Evin Incir.
PRESIDENZA: Ewa KOPACZ Viċi President
Interventi ta': Moritz Körner, Maximilian Krah u Lukas Mandl.
Intervent ta': Ylva Johansson.
Id-dibattitu ngħalaq.
Il-President għarrfet li l-ebda proposta għal ċaħda u l-ebda emenda ma tressqu skont l-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14308/1/2020 - C9-0113/2021 - 2018/0331(COD)).
Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.