Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 5k
L-Erbgħa, 28 ta' April 2021 - Brussell

23. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi taċ-ċiklossidim, tal-mepiquat, tar-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola u tal-proeżadjon f'ċerti prodotti jew fuqhom (D063880/09 - 2021/2615(RPS) - skadenza: 24 ta' Mejju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi III, V, VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġenotipar tal-każijiet pożittivi ta’ TSE fil-mogħoż, tad-determinazzjoni tal-età fl-annimali ovini u kaprini, tal-miżuri applikabbli f'merħla jew f'qatgħa bi scrapie atipika u tal-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta' prodotti ta' oriġini bovina, ovina u kaprina (D069878/03 - 2021/2621(RPS) - skadenza: 1 ta' Lulju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi għar-residwi tal-kletodim, tad-dażomet, tal-eksitijażoks, tal-metam u tas-setossidim f'ċerti prodotti jew fuqhom (D070117/04 - 2021/2629(RPS) - skadenza: 16 ta' Ġunju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi għar-residwi tal-ametoktradin, tal-biksafen, tal-fenażakin, tas-spinetoram tat-teflutrin u tat-tijenkarbażon-metil f'ċerti prodotti jew fuqhom (D070119/04 - 2021/2636(RPS) - skadenza: 21 ta' Ġunju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi għar-residwi tal-24-epibrassinolid, tal-estratt tal-basla tal-Allium cepa L., taċ-ċiflumetofen, tal-fludioksonil, tal-flurossipir, tal-5-nitrogwajakolat tas-sodju, tal-o-nitrofenolat tas-sodju u tal-p-nitrofenolat tas-sodju f’ċerti prodotti jew fuqhom (D071791/03 - 2021/2650(RPS) - skadenza: 22 ta' Ġunju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi taċ-ċomb f'ċerti oġġetti tal-ikel (D071844/04 - 2021/2659(RPS) - skadenza: 23 ta' Lulju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-polijoli f'ċerti prodotti tal-ħelu b'enerġija mnaqqsa (D072048/03 - 2021/2631(RPS) - skadenza: 20 ta' Ġunju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-glikosidi tal-istevjol (E 960) u r-rebawdjosidu M prodott permezz tal-modifika enżimatika tal-glikosidi tal-istevjol minn Stevia (D072115/03 - 2021/2660(RPS) - skadenza: 22 ta' Ġunju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza