Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 19k
L-Erbgħa, 28 ta' April 2021 - Brussell

24. Atti delegati (Artikolu 111(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (C(2021)00199 - 2021/2626(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2008 li jikkonċerna l-eżami ta' varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (C(2021)01603 - 2021/2616(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-24 ta' Marzu 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI
opinjoni: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/124 fir-rigward tal-Anness tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) (C(2021)01758 - 2021/2614(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Marzu 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta' eradikazzjoni u għall-istat ta' ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (C(2021)01784 - 2021/2613(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Marzu 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

opinjoni: ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija li għandha tintuża mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biex jiġi stmat ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-rekwiżit ta' riżerva kombinat għal entitajiet ta' riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta' riżoluzzjoni fejn il-grupp ta' riżoluzzjoni mhuwiex soġġett għal dawk ir-rekwiżiti skont dik id-Direttiva (C(2021)01794 - 2021/2619(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-26 ta' Marzu 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1003/2013 u (UE) 2019/360 fir-rigward tat-tariffi annwali superviżorji imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet għall-2021 (C(2021)01874 - 2021/2617(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-24 ta' Marzu 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji biex jiġu definiti r-responsabbiltà maniġerjali, il-funzjonijiet ta' kontroll, unità tan-negozju materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-unità tan-negozju rilevanti, u li jistabbilixxu l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-membri tal-persunal jew kategoriji ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tiegħu għandhom impatt fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet li b'mod komparabbli huwa materjali daqs dak tal-membri tal-persunal jew tal-kategoriji ta' persunal imsemmija fl-Artikolu 92(3) ta' dik id-Direttiva (C(2021)01906 - 2021/2618(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-25 ta' Marzu 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Chicago (C(2021)02102 - 2021/2623(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali (C(2021)02104 - 2021/2624(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-7 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikat li jattesta l-konformità mar-regoli dwar il-produzzjoni organika (C(2021)02360 - 2021/2625(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-12 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2021)02486 - 2021/2628(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-15 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 2016/127 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-pestiċidi fil-formula tat-trabi u fil-formula ta' prosegwiment (C(2021)02525 - 2021/2634(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 2016/128 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-pestiċidi fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' nutrizzjoni tat-trabi u t-tfal żgħar (C(2021)02527 - 2021/2635(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-16 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol fil-vetturi bil-mutur u li jemenda l-Anness II ta' dak ir-Regolament (C(2021)02563 - 2021/2630(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-19 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva Delegata (UE) 2017/593 fir-rigward tal-integrazzjoni tal-fatturi tas-sostenibbiltà fl-obbligi ta' governanza tal-prodotti (C(2021)02612 - 2021/2638(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolamenti Delegati (UE) 2017/2358 u (UE) 2017/2359 fir-rigward tal-integrazzjoni tal-fatturi ta' sostenibbiltà, tar-riskji għas-sostenibbiltà u tal-preferenzi ta' sostenibbiltà fir-rekwiżiti ta' sorveljanza u ta' governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni u fir-regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet u l-konsulenza dwar l-investiment għall-prodotti ta' investiment fl-assigurazzjoni (C(2021)02614 - 2021/2639(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
opnijoni: JURI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 231/2013 fir-rigward tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-fatturi ta' sostenibbiltà li għandhom jitqiesu minn Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi (C(2021)02615 - 2021/2648(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

opinjoni: JURI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/565 rigward l-integrazzjoni tal-fatturi, tar-riskji u tal-preferenzi ta' sostenibbiltà f'ċerti rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment (C(2021)02616 - 2021/2651(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Direttiva Delegata tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2010/43/UE fir-rigward tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-fatturi ta' sostenibbiltà li għandhom jitqiesu għall-Impriżi ta' Investiment Kollettiv f'Titoli Trasferibbli (UCITS) (C(2021)02617 - 2021/2637(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/565 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta' dik id-Direttiva (C(2021)02618 - 2021/2652(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar applikabbli għall-blends (C(2021)02621 - 2021/2640(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (C(2021)02628 - 2021/2649(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-21 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplementa r-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU (C(2021)02633 - 2021/2627(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: BUDG, ECON

opinjoni: ENVI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), TRAN (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-proċeduri speċifiċi ta' ttestjar u r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi tagħhom ta' twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq u li jemenda l-Anness II ta' dak ir-Regolament (C(2021)02639 - 2021/2661(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw il-kontenut tal-klawżoli kuntrattwali dwar ir-rikonoxximent tas-setgħat ta' sospensjoni tar-riżoluzzjoni (C(2021)02656 - 2021/2655(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-22 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/624 fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni fil-każ ta’ qatla fl-azjenda minn fejn joriġinaw l-annimali (C(2021)02703 - 2021/2663(DEA))

Skadenza għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-26 ta' April 2021

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

opinjoni: AGRI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura)

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza