Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 6k
L-Erbgħa, 19 ta' Mejju 2021 - Brussell

16. It-tieni sessjoni ta' votazzjonijiet
Rapporti Verbatim

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet tal-emendi għal:

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali: rapport interim
Rapport interim dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali [2020/0112R(APP)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Lukas Mandl (A9-0058/2021);

Rotot Ġodda għall-Migrazzjoni Legali tal-Ħaddiema
Rapport dwar Rotot Ġodda għall-Migrazzjoni Legali tal-Ħaddiema [2020/2010(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Sylvie Guillaume (A9-0143/2021);

Il-futur diġitali tal-Ewropa: is-suq uniku diġitali u l-użu tal-IA għall-konsumaturi Ewropej
Rapport dwar it-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa: it-tneħħija tal-ostakli għall-funzjonament tas-suq uniku diġitali u t-titjib tal-użu tal-IA għall-konsumaturi Ewropej [2020/2216(INI)] - Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Rapporteur: Deirdre Clune (A9-0149/2021).

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjonijiet finali dwar:

It-treġġigħ lura tax-xejriet demografiċi fir-reġjuni tal-UE bl-użu tal-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni
Rapport dwar it-treġġigħ lura tax-xejriet demografiċi fir-reġjuni tal-UE bl-użu tal-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni [2020/2039(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Daniel Buda (A9-0061/2021);

L-impatti tar-regoli tal-UE fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema u tas-servizzi: il-mobilità tal-forza tax-xogħol intra-UE bħala għodda għat-tqabbil tal-ħtiġijiet u l-ħiliet tas-suq tax-xogħol
Rapport dwar l-impatti tar-regoli tal-UE fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema u tas-servizzi: il-mobilità tal-forza tax-xogħol intra-UE bħala għodda għat-tqabbil tal-ħtiġijiet u l-ħiliet tas-suq tax-xogħol [2020/2007(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Radan Kanev (A9-0066/2021);

L-aċċelerazzjoni tal-progress u l-indirizzar tal-inugwaljanzi biex, sal-2030, l-AIDS ma jibqax theddida għas-saħħa pubblika
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0263/2021.

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sad-21.15.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ir-riżultati tal-votazzjoni se jitħabbru għada nhar il-Ħamis 20 ta' Mejju 2021, 09.00 (punt 4 tal-Minuti tad-data 20.5.2021).

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 20.01.)

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza