Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 3k
L-Erbgħa, 19 ta' Mejju 2021 - Brussell

19. Ċentru Ewropew ta' Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà ***II (dibattitu)
Rapporti Verbatim

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni [05628/2/2021 - C9-0152/2021 - 2018/0328(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Rasmus Andresen (A9-0166/2021)

Rasmus Andresen ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.

Intervent ta': Paolo Gentiloni (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Pilar del Castillo Vera f'isem il-Grupp PPE, Maria-Manuel Leitão-Marques f'isem il-Grupp S&D, Claudia Gamon f'isem il-Grupp Renew, Isabella Tovaglieri f'isem il-Grupp ID, Lars Patrick Berg Membru mhux affiljat, Siegfried Mureşan, Lina Gálvez Muñoz, Dragoş Pîslaru, Virginie Joron, Tsvetelina Penkova, Dragoş Tudorache u Maria Grapini.

Intervent ta': Paolo Gentiloni.

Id-dibattitu ngħalaq.

Il-President għarrfet li l-ebda proposta għal ċaħda u l-ebda emenda ma tressqu skont l-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (05628/2/2021 - C9-0152/2021 - 2018/0328(COD)).

Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.

L-att propost b'hekk ġie adottat (P9_TA(2021)0246).

(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 30)

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza