Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm ''Fiscalis'' għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 [06116/1/2021 - C9-0179/2021 - 2018/0233(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Sven Giegold (A9-0167/2021)
Sven Giegold ippreżenta r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Intervent ta': Paolo Gentiloni (Membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Eero Heinäluoma f'isem il-Grupp S&D, Gunnar Beck f'isem il-Grupp ID, Andżelika Anna Możdżanowska f'isem il-Grupp ECR, Othmar Karas, Jonás Fernández, Hélène Laporte, Eugen Jurzyca, Isabel Benjumea Benjumea, Paul Tang, Vincenzo Sofo, Evelyn Regner u Georgios Kyrtsos f'isem il-Grupp PPE.
Intervent ta': Paolo Gentiloni.
Id-dibattitu ngħalaq.
Il-President għarrfet li l-ebda proposta għal ċaħda u l-ebda emenda ma tressqu skont l-Artikoli 67 u 68 tar-Regoli ta' Proċedura fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06116/1/2021 - C9-0179/2021 - 2018/0233(COD)).
Il-pożizzjoni tal-Kunsill b'hekk titqies approvata.