Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 4k
L-Erbgħa, 19 ta' Mejju 2021 - Brussell

23. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 112 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-N,N-dimetilformammid (D070424/04 - 2021/2698(RPS) - skadenza: 12 ta' Awwissu 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura);

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-projbizzjoni fuq it-tagħlif ta' annimali mrobbija li mhumiex ruminanti, għajr l-annimali bil-pil, bi proteina dderivata mill-annimali (D070606/03 - 2021/2675(RPS) - skadenza: 4 ta' Awwissu 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f'ċerti oġġetti tal-ikel (D071843/04 - 2021/2657(RPS) - skadenza: 23 ta' Lulju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-iskleroti tal-ergotina u l-alkalojdi tal-ergotina f’ċerti oġġetti tal-ikel (D071863/03 - 2021/2668(RPS) - skadenza: 28 ta' Lulju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi tal-alkalojdi tropaniċi f'ċerti oġġetti tal-ikel (D071865/02 - 2021/2664(RPS) - skadenza: 27 ta' Lulju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-mandestrobin fl-għeneb u fil-frawli (D072920/02 - 2021/2697(RPS) - skadenza: 11 ta' Lulju 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI;

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali ta' Rapportar Finanzjarju 16 (D073527/01 - 2021/2688(RPS) - skadenza: 10 ta' Awwissu 2021)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON
opinjoni: JURI (Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura).

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Frar 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza