Indiċi 
Minuti
XML 34kPDF 195kWORD 59k
Il-Ġimgħa, 21 ta' Mejju 2021 - Brussell
1.Ftuħ tas-seduta
 2.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 3.Sessjoni ta' votazzjonijiet
 4.Tkomplija tas-seduta
 5.Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni
 6.Spjegazzjonijiet tal-vot
 7.Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot
 8.Approvazzjoni tal-minuti tas-sessjoni li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati
 9.Kalendarju tas-seduti li jmiss
 10.Għeluq tas-seduta
 11.Interruzzjoni tas-sessjoni
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

1. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 09.45.


2. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Il-President ħabbar li l-President tal-Parlament irċieva mill-Grupp Verts/ALE d-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:

Kumitat PETI: Thomas Waitz ma baqax membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet ma' Iżrael: Jordi Solé

Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.


3. Sessjoni ta' votazzjonijiet

Il-Parlament ipproċeda bil-votazzjoni finali ta':

Il-protezzjoni adegwata tad-data personali mir-Renju Unit
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0272/2021.

Il-votazzjoni se tkun miftuħa sal-11.00.

Il-Parlament għadda għall-votazzjoni.

Ħin li fih tħabbru r-riżultati tal-votazzjoni: 13.00 (punt 5 tal-Minuti tad-data 21.5.2021).

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 09.46.)


4. Tkomplija tas-seduta

Ħin li fih tkompliet is-seduta: 13.00.


5. Tħabbir tar-riżultati tal-votazzjoni

Il-President qara r-riżultati tal-votazzjonijiet:

Il-protezzjoni adegwata tad-data personali mir-Renju Unit
Mozzjoni għal riżoluzzjoni B9-0272/2021

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P9_TA(2021)0262)
(Anness "Riżultati tal-Votazzjonijiet", punt 46)


6. Spjegazzjonijiet tal-vot

Spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub:

L-ispjegazzjonijiet tal-vot li tressqu bil-miktub, bi qbil mal-Artikolu 194 tar-Regoli ta' Proċedura, jidhru fil-paġni tal-Membri fis-sit tal-internet tal-Parlament.

B'mod eċċezzjonali ġew aċċettati spjegazzjonijiet tal-vot ta' tul massimu ta' 400 kelma.


7. Korrezzjonijiet għall-voti u intenzjonijiet tal-vot

Il-korrezzjonijiet għall-voti u l-intenzjonijiet tal-vot jinsabu fid-dokument “Riżultati tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet”, anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament. Huma indikati għal skopijiet ta' informazzjoni biss u ma jbiddlu bl-ebda mod ir-riżultat tal-votazzjoni kif imħabbra fil-plenarja.

Id-dokument jiġi aġġornat regolarment tul perjodu massimu ta' ġimagħtejn wara s-sessjoni parzjali.

Wara li jgħaddi dan il-perjodu, il-lista tal-korrezzjonijiet għall-voti u tal-intenzjonijiet tal-vot tingħalaq sabiex isiru t-traduzzjonijiet u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


8. Approvazzjoni tal-minuti tas-sessjoni li għaddejja u trażmissjoni tat-testi adottati

Il-minuti ta' din is-seduta u l-minuti tas-seduti tad-dati 17, 18, 19 u 20 ta' Mejju 2021 se jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tas-seduta li jmiss.

Bil-qbil tal-Parlament, it-testi adottati waqt is-sessjoni li għaddejja se jitressqu issa quddiem id-destinatarji tagħhom.


9. Kalendarju tas-seduti li jmiss

Is-seduti li jmiss se jsiru mid-data 7 sad-data 10 ta' Ġunju 2021.


10. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 13.02.


11. Interruzzjoni tas-sessjoni

Is-sessjoni tal-Parlament Ewropew ġiet interrotta.

Klaus Welle

David Maria Sassoli

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Andrews Barry, Annemans Gerolf, Ara-Kovács Attila, Avram Carmen, Barley Katarina, Barrena Arza Pernando, Bartolo Pietro, Beck Gunnar, Benifei Brando, Bentele Hildegard, Bocskor Andrea, Botenga Marc, Buchheit Markus, Campomenosi Marco, Cañas Jordi, Carvalhais Isabel, Castaldo Fabio Massimo, Cavazzini Anna, Corrao Ignazio, Crețu Corina, Dalunde Jakop G., Decerle Jérémy, Delbos-Corfield Gwendoline, De Man Filip, Dorfmann Herbert, Düpont Lena, Durá Ferrandis Estrella, Durand Pascal, Engerer Cyrus, Fernandes José Manuel, Fernández Jonás, Ferrara Laura, Fidanza Carlo, Gancia Gianna, García-Margallo y Marfil José Manuel, Gebhardt Evelyne, Georgoulis Alexis, Giarrusso Dino, Goerens Charles, González Casares Nicolás, Gozi Sandro, de Graaff Marcel, Griset Catherine, Gruffat Claude, Guteland Jytte, Hahn Henrike, Hakkarainen Teuvo, Hansen Christophe, Hava Mircea-Gheorghe, Herbst Niclas, Hohlmeier Monika, Hoogeveen Michiel, Hübner Danuta Maria, Ijabs Ivars, Jaki Patryk, Juknevičienė Rasa, Kaili Eva, Karlsbro Karin, Kelleher Billy, Kelly Seán, Kolaja Marcel, Kountoura Elena, Kovařík Ondřej, Kovatchev Andrey, Krasnodębski Zdzisław, Kruk Elżbieta, Kubilius Andrius, Kuhnke Alice, Kumpula-Natri Miapetra, Lenaers Jeroen, Luena César, MacManus Chris, Maldeikienė Aušra, Marquardt Erik, Mebarek Nora, Meimarakis Vangelis, Melchior Karen, Mélin Joëlle, Mikser Sven, Mituța Alin, Modig Silvia, Montserrat Dolors, Moreno Sánchez Javier, Moretti Alessandra, Mortler Marlene, Motreanu Dan-Ştefan, Możdżanowska Andżelika Anna, Mureşan Siegfried, Niinistö Ville, Oetjen Jan-Christoph, Olivier Philippe, O'Sullivan Grace, Pedicini Piernicola, Peksa Mikuláš, Pignedoli Sabrina, Plumb Rovana, Regner Evelyn, Reil Guido, Riquet Dominique, Rodríguez Ramos María Soraya, Rónai Sándor, Rookmaker Dorien, Sardone Silvia, Saryusz-Wolski Jacek, Sassoli David Maria, Scholz Helmut, Schulze Sven, Schwab Andreas, Semsrott Nico, Silva Pereira Pedro, Simon Sven, Spyraki Maria, Stanishev Sergei, Ştefănuță Nicolae, Tardino Annalisa, Tomac Eugen, Toom Yana, Tóth Edina, Tudose Mihai, Vandendriessche Tom, Voss Axel, Waitz Thomas, Walsh Maria, Weimers Charlie, Wieland Rainer, Winkler Iuliu, Zarzalejos Javier, Ždanoka Tatjana, Złotowski Kosma

Skużati:

Joveva Irena, Kokalari Arba, Maydell Eva, Skyttedal Sara

Minħabba raġunijiet marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, ġiet stabbilita sistema ta' votazzjoni mill-bogħod (ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta' Marzu 2020 li tikkompleta d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2004 rigward ir-regoli dwar il-votazzjonijiet). L-ismijiet tal-Membri li ħadu sehem fil-votazzjoni jinsabu fid-dokument "Riżultat tal-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet", anness mal-Minuti tas-seduta u disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Settembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza